Proġett tal-Marsa

  • Apr 09, 2018 09:45
  • Miktub minn Alfred Sant

    Forsi hemm oħrajn li għaddew minn esperjenzi kuntrarji; u fl-istess ħin l-anqas irrid ngħajjen il-proġett tal-Marsa. Biss, ikolli ngħid li kemm dal-proġett ilu li telaq, kull meta soqt minn hemm, it-traffiku deher taħt kontroll u għaddej b’ritmu raġonevoli fiċ-ċirkostanzi. Bilkemm ma nitħajjarx ngħid li r-ritmu qed ikun aħjar minn qabel.

    Veru, jista’ jkun li ġara hekk għax ħafna mis-sewqan li qed nitkellem dwaru sar fil-perijodu tal-Għid.

    Biss jidher sew li qed jingħata ħafna ħsieb u qed isir ħafna aktar ippjanar qabel jittellaq proġett kbir ta’ infrastruttura milli kien isir sa ftit taż-żmien ilu. Dan l-isforz qed ikun effettiv u jagħti riżultati tajba. Jistħoqqlu kull appoġġ. 

    ***

    ĦARSIEN TAL-ART AGRIKOLA 

    L-awtoritajiet li jirregolaw il-bini ilhom li tilfu l-poter eċċessiv li kellhom biex saħansitra jindaħlu fuq jekk l-iżviluppaturi għamlux il-kalkoli tal-profitti tagħhom tajjeb meta jaqtgħuha li minflok tliet iħwienet, jibnu tnejn. Illum madankollu, bil-bidliet li baqgħu jsiru fl-istrutturi ta’ kif jiġu regolati u mħaddma l-proġetti għall-binjiet, ġodda jew qodma, il-pendlu mar sew lejn in-naħa l-oħra.

    Wisq.

    U dan mhux l-anqas fil-ħarsien tal-art agrikola. Qed jinstabu wisq strateġemmi li jitmexxew b’suċċess fit-tnaqqir ta’ din l-art. L-ilħna fi ħdan l-istrutturi ta’ ħarsien li jinsabu hemm biex jiddefenduha b’mod teknikament independenti qed jispiċċaw ta’ spiss wisq f’minoranza.

    Qed ikun hemm wisq toqob li minnhom bħala żviluppatur tista’ tgħaddi biex jekk għal darba tnejn, tirċievi tweġiba ta’ le għall-applikazzjoni tiegħek, tirranġa mat-tielet jew mar-raba’ darba biex tinqaleb id-deċiżjoni.

    Hemm bżonn nibbrejkjaw.

    ***

    KUNFIDENZJALI?

    Bilkemm ma qistux komiku l-iskandlu li nqala’ dwar kif il-kumpanija Cambridge Analytica użat informazzjoni dwar miljuni ta’ utenti tal-internet biex timmonta kampanji effettivi ħalli tinfluwenza il-fehma ta’ popli sħaħ.

    “Komiku” mhux għax il-fatt minnu nnifsu li dil-ħaġa ġrat mhux skandaluż. Hu – u bil-kbir. Imma s-sinjali kollha hemm kienu biex juru lil min juża l-internet li jeżisti apparat tekniku enormi u sħiħ ħalli jsegwi dak li int u oħrajn tkunu qed tagħmlu fuqu.

    Mhux billi taparsi trid tagħti l-permess tiegħek biex dak li qed tagħmel jiġi segwit, jew biex ikunu jistgħu jindirizzawlek messaġġi “promozzjonali”. Allura, jekk ngħidu aħna, tidħol f’sit tal-vjaġġi biex tibbukkja vaganza, stenna li wara, minn kullimkien se jidħlu proposti għal vjaġġi li ma tkunx twebbilt bihom, kif ukoll offerti oħra li bilkemm ikollhom x’jaqsmu ma’ hekk.

    Il-punt hu li saret ħaġa ovvja kif bl-internet inbena apparat mill-aktar effettiv biex kull min jinqeda bih, jista’ jiġi sorveljat. La inbena, se jintuża.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook