IL-PREZZ TAX-XOGĦOL... KOMPROMESSI... IL-VAT

  • Apr 16, 2018 08:40
  • Miktub minn Alfred Sant

    IL-PREZZ TAX-XOGĦOL

    Ċifri maħruġa dan l-aħħar mill-Eurostat dwar kemm iqum ix-xogħol fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea juri li f’Malta, in-nefqa fuq ħaddiema u impjegati (wara li tneħħi minnhom dawk li huma fil-biedja u fl-amministrazzjoni publika) hi anqas min-nofs il-medja taż-żona tal-ewro. Ikkalkolata skont kemm ix-xogħol qed jiġi jqum kull siegħa, fiż-żona tal-ewro bħala medja fis-sena 2017, l-ispiża kienet ta’ 30.3 ewro. F’Malta laħqet “biss” 14 ewro.

    Din l-ispiża tinkludi l-ħlasijiet li jagħmlu l-impriżi imma li ma jmorrux fil-paga tal-ħaddiema... l-aktar bħala kontribuzzjonijiet soċjali. F’Malta, is-sehem ta’ kontribuzzjonijiet soċjali u ħlasijiet simili fl-ispiża tax-xogħol hu l-anqas fl-Ewropa: 6.7 fil-mija tal-ispiża kollha. L-ogħla sehem  jintlaħaq fi Franza: 32.8 fil-mija tal-ispiża fuq xogħol tittieħed minn ħlasijiet soċjali.

    Iqumu mistoqsijiet interessanti. 

     Kif qed jiġri li minkejja t-tkabbir ekonomiku qawwi li ninsabu għaddejjin minnu, l-prezz tax-xogħol imqabbel mal-bqija tal-Ewropa baqa’ daqshekk baxx?

    Kemm jistgħu l-imprendituri jibqgħu jirreżistu żidiet fil-kontribuzzjonijiet soċjali tagħhom meta fl-isfond Ewropew, jidher li qed iġorru l-iċken piż?

    KOMPROMESSI

    Fi klima soċjali fejn jidher li teżisti maġġoranza enormi fil-pajjiz kontra l-introduzzjoni tal-abort, jinħassu kurjużi (jew forsi komiċi) l-kompromessi li jsiru biex jiġu evitati suspetti li jittimbraw lil dawn jew lil dawk bħala favur l-abort.

    Il-gvern innifsu per eżempju. Qed jipproponi li jibdel il-liġi tal-IVF biex tippermetti l-iffriżar tal-embrijuni (kif messha għamlet mill-bidu nett). Ried jilqa’ madankollu għax-xilja li mhux qed jiddefendi lill-embrijuni li jibqgħu ma “jintużawx” – nuqqas li jista’ jitqabbel mal-abort skont xi wħud. Allura qed jipproponi li għall-embrijuni “żejda” għandhom jinstabu koppji biex jaddottawhom.

    Imbagħad kellna s-suġġeriment ġenjali ta’ opinjonist stmat mil-lemin li jgħix f’pajjiż fejn l-abort ilu aċċettat żmien u għomor. Li għandu jsir qal, hu li malli x-xjenza jirnexxilha tiżviluppa ġuf artifiċjali, kull fejn iqum il-bżonn tal-abort, l-embrijun fertilizzat involut jitneħħa u jitpoġġa f’dal-ġuf artifiċjali biex jilħaq hemm id-destin tiegħu li jsir bniedem.

    IL-VAT

    Il-verità hi li l-VAT bħala taxxa la hi waħda sempliċi, u lanqas daqstant adattata għall-impriżi ż-żgħar. Ir-raġuni li nfirxet mal-Ewropa kienet waħda politika: tqieset bħala l-aħjar sistema kif il-kummerċ jista’ jiġi ntaxxat b’mod li jdaħħal għaqda akbar fit-tmexxija tas-suq wieħed Ewropew.

    Sadattant, sostanzjalment il-biċċa l-kbira tan-negozju baqgħet titmexxa minn impriżi ċkejkna, preċiżament dawk li l-aktar jinqarsu bit-tħaddim tal-VAT.

    U twieldet it-teknoloġija diġitali li malajr, invadiet tista’ tgħid l-oqsma ekonomiċi kollha. In-negozju li jsir permezz ta’ dit-teknoloġija jaħrab minn ħafna mill-kondizzjonijiet li bihom il-VAT tiġi applikata.

    Iż-żmien wasal għal riforma fil-mod kif titħaddem il-VAT.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0