Tal-ħajja kontra l-ħajja

  • Apr 25, 2018 10:50
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Stramba imma vera.  Ir-raġuni hi li bl-użu tal-IVF qed tinħoloq ħajja ġdida.  Mhux talli hekk, iżda kif inhi l-liġi li qed tiġi proposta, tassigura li l-embrijuni kollha jintużaw.  Biex jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom qed jgħidu li t-tarbija li tkun maħluqa fil-laboratorji hi prodott.  Jidher li hemm ħafna nies tal-Knisja li jemmnu dan.  Jekk veru jemmnu dan, fil-futur ser ikollhom problema akbar.  Għax int ma tistax tgħammed prodott.  Allura jfisser li dawn mhux ser ikunu mgħammda għax il-Knisja ma tagħrafhomx bħala bnedmin, iżda bħala prodotti.  

    Taħt il-lenti

    Dan l-aħħar l-Arcisqof għadda xi kummenti li ġew interpretati kontra l-Gvern preżenti.  Kien hemm min ha għalih għax stenna mod ieħor.  Probabbilment dawn kienu nies li għadhom jemmnu fil-Knisja u li din hi wkoll il-vuċi tagħhom.  Biss il-maġġoranza lanqas biss ittendew li dan tkellem għax fejn dan qabel kien jiddomina meta jitkellem illum ftit jagħtu kasu għax jemmnu mod ieħor.  Jemmnu, per eżempju, li huma għandhom dritt tal-opinjoni tagħhom u li din ilissnuha huma. Ma għandhomx bżonn il-vuċi ta’ ħaddieħor.  Ħafna drabi dawn lanqas biss tisma’ leħinhom ħlief fuq is-social media.  Dan għaliex jippreferu jaġixxu huma sew billi jgħixu l-ħajja li jippreferu u sew bil-voti tagħhom.  Naħseb id-distakk bejn il-Knisja u nies ħareġ ċar b’mod evidenti ħafna fir-referendum tad-divorzju.  Ftit kienu n-nies li stennew li ser ikun hemm dak id-distakk bejn dawk li emmnu fil-liberta’ tagħhom u dawk li għadhom ma’ djul il-Knisja..

    Fost dawk li ħadu għalihom meta tkellem kien hemm min xtaq jagħlqulu ħalqu.  It-tajjeb hu li llum il-maġġoranza temmen fil-liberta’ tal-kelma.  U temmen ukoll li jkun jaqbel li nies bħal dawn jitħallew jitkellmu għax b’hekk inkunu nafu xi kwalita’ ta’ mexxejja għandna. 

    Inkunu wkoll nafu xi kwalita’ ta’ mexxejja għandna bl-azzjonijiet tagħhom.  Il-kliem u d-dehra huma importanti iżda mhux daqs l-azzjoni.  Dan l-arċisqof għandu fama li hu konservattiv u li jemmen fil-ġustizzja għax għamel karriera fil-qrati tal-Knisja.  Għalhekk ma tantx skantajt meta kien intbagħat biex jara jekk kienx hemm ħabi meta kien hemm xi abbużi sesswali minn membri tal-Knisja fl-Amerka t’Isfel.  Sakemm ftakart li s’issa dawk il-Maltin li ġew abbużati minn qassisin Maltin għadhom jistennew ġustizzja u kumpens għax il-Knisja ċaħditulhom dan.  Xi ħaġa li s’issa ma tidhirx li ser tinbidel u lanqas nistenna li ser tiġri.  Hi wkoll xi ħaġa li turi l-kwalita’ ta’ Knisja li għandna.

    Ġirja biex inkabbru l-għadd tal-qaddisin

    Jidher li hemm ferneżija li nkabbru n-numru ta’ qaddisin Maltin.  Ma tantx trid sforz.  Kull ma trid hu tibda tikkrea image.  U x’hemm isbaħ milli toħloq misteri dwar x’ġara u min kien il-ħati.  Ftit immaġinazzjoni u għid li hemm konfoffa.  Aktar ma tkun kbira l-ispekulazzjoni fuq min qed tindika aktar titwemmen minħabba li aktar ma jkun kbir aktar ikollu qawwa u għalhekk kollox ikun possibbli. 

    U bħalissa għaddejjin minn waħda bħal din.  Pinġi l-vittma bħala martri, agħmel il-quddies biex iżżid il-hype u tagħmel qaddis.  M’aħniex ‘il bogħod minn dan.  Fil-fatt sibna li minflok żiedna qaddis spiċċajna b’żewġ duluri. 

    Stennija ta’ air raid ieħor mill-Ewropa

    Il-pressjoni fuq Malta ma’ taqta’ xejn.  Pressjoni orkestrata minn Malta biex dak li ma rnexxilhomx jagħmlu f’Malta jagħmluh xorta taħt il-maskra ta’ ħaddieħor.  Issa l-air raid li jmiss mill-Ewropa ser jiġi mill-Kunsill tal-Ewropa.  Tħabbar li l-Kunsill ħatar rapportaeur speċjali, Peter Omtzigt, li hu politiku Demo-Kristjan Olandiż biex jinvestiga l-qtil ta’ DCG.  Nistennew charade oħra, ħafna insinwazzjonijiet u tfigħ ta’ tajn mingħajr provi.  Nispera li jien żbaljat u din id-darba jippruvaw isibu l-provi.  Jistgħu jekk iridu peress li għad hemm fatti li xi nies għad ma jridux juru.  U nafu għand min qegħdin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0