CATCH 22... AWTIŻMU... MIDJA U IMMIGRANTI

  • Apr 26, 2018 08:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    CATCH 22

    L-ewwel stqarrija: Inżommok responsabbli mija fil-mija biex tiżgura li l-ġustizzja titwettaq.

    It-tieni: M’għandi l-ebda fiduċja fik.

    It-tielet: Għax m’għandi l-ebda fiduċja fik, żgur m’inix se ngħaddilek materjal essenzjali biex twettaq il-ħidma mistennija minnek, żgur ma nistax nafdahulek.

    Ir-raba’: M’intix qed tiżgura li l-ġustizzja titwettaq. Għadha ma twettqitx.

    Il-ħames: Qed tara kemm għandi raġun ma jkolli l-ebda fiduċja fik.

    Is-sitta: Ir-responsabbiltà tibqa’ mija fil-mija tiegħek biex tiżgura li l-ġustizzja titwettaq. Tal-mistħija li m’intix tirrispetta d-dmir li hu tiegħek f’dil-ħaġa.

    AWTIŻMU

    Attività li nżammet quddiem il-knisja ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar il-Ħadd li għadda mill-Malta Autism Ceter immexxi mis-sur Melvin Attard tat prominenza lill-kondizzjoni tal-awtiżmu u dak li għandu jsir biex nilqgħu għaliha.

    It-tfal b’dil-kondizzjoni huma fost l-aktar intelliġenti imma jeħtieġu – bħal fil-każ tad-dyslexics – għajnuna personalizzata biex ikunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Jifformaw minoranza sostanzjali f’kull età. Ma nistgħux inħallu lill-membri ta’ dil-minoranza nieqsa mill-appoġġ li jwassalhom biex ikunujistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom lis-soċjetà.

    Bħal f’oqsma “soċjali” oħra, jeħtieġ li jiġu dedikati aktar riżorsi umani, materjali u finanzjarji għal dan il-għan. Fl-istess ħin, tajjeb li jingħata skop sħiħ biex l-inizjattivi ta’ volontarjat jingħataw kull għarfien. Lil hinn mill-għajnuna finanzjarja tal-istat, li għandha tingħata fil-ħin u mhux b’ċertu dewmien: jekk il-volontarjat jiġi konsultat u involut kull meta jitħejjew proposti biex il-liġi u l-politika dwar l-awtiżmu jiġu mtejba, ma jsir xejn ħażin.

    MIDJA U IMMIGRANTI

    Bi tħejjija għal seminar dwar il-midja u l-immigrazzjoni fil-Mediterran li nżamm fil-Parlament Ewropew, ikkonsultajt dokument ta’ studju ffinanzjat fost oħrajn mill-Kummissjoni Ewropea u ppublikat fl-2017.Jikkonsisti l-aktar f’rapporti u analiżijiet maħduma pajjiż pajjiż fil-Mediterran dwar kif il-midja jittrattaw il-fenomenu tal-migrazzjoni.

     Ir-rapport dwar Malta, miktub minn Mark Micallef, hu interessanti ħafna. Jagħti sunt estensiv ta’ kif żvolġiet l-immigrazzjoni “lejn” Malta matul is-snin u kif ittrattawha l-mezzi ta’ xandir u l-gazzetti. Jisħaq fuq kif il-mezzi tal-midja ġurnalistika f’Malta huma limitati hekk li ma tantx jippermettu rapportaġġi bbażati fuq riċerka tat-tul. Xorta saru sforzi ta’ min ifaħħarhom minn ġurnalisti individwali biex jiġbru informazzjoni wiesgħa dwar l-immigranti li tmur lil hinn minn xi jkun qed jiġri minn jum għal jum, biex jagħtu stampa eqreb tar-realtà.

    Biss fattur li joħroġ mir-rapport ta’ Micallef u tal-oħrajn li ddiskutew il-qagħda f’pajjiżi differenti hu li b’mod naturali, l-ġurnaliżmu jiffoka fuq dak li jikkonċentra l-attenzjoni tal-publiku minn jum għal jum. Ta’ sikwit, dawn jispiċċaw ikunu l-ġrajjiet b’xeħta negattiva.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook