FONDI GĦALL-EWROPA

  • Mej 10, 2018 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    FONDI GĦALL-EWROPA

    Fil-proposta tagħha dwar kif għandhom jiġu strutturati l-baġits tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2020 sa l-2027, il-Kummissjoni Ewropea kellha tqis kif se jinġabu l-fondi meħtieġa, mhux biss kif se jintefqu. Bit-tluq tar-Renju Unit u bit-tnedija ta’ linji “ġodda” ta’ politika kellha tilqa’ għat-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet u għaż-żieda fil-bżonnijiet.

    Għamlet dan billi fost miżuri oħra, ipproponiet żieda “modesta” fil-kontribuzzjonijiet diretti tal-istati membri. Il-miżuri l-oħra jinkludu id-dħul ta’ ċerti sistemi ta’ taxxi fl-Unjoni Ewropea biex parti mill-fondi li jdaħħlu, jmorru direttament fit-teżorerija tal-Unjoni. Waħda minn dawn il-miżuri tirrigwarda s-CCCTB, l-hekk imsejħa “common consolidated corporate tax base”, li biha d-ditti Ewropej kollha jirreġistraw id-dħul u l-ħruġ tagħhom skont l-istess kriterji.

    Diversi pajjiżi, fosthom Malta, sa issa rreżistew it-tħaddim ta’ dis-sistema, li ilu jimbotta għaliha l-kummissarju għall-ekonomija Moskovici. Iqisuha bħala indħil fis-sovranità li baqagħlhom skont it-trattati Ewropej biex huma jmexxu t-tassazzjoni f’pajjiżhom. 

    Tista’ tara l-proposta tal-Kummissjoni bħala manuvra biex iddaħħal mit-tieqa miżura li sa issa ma setgħetx iddaħħal mill-bieb.

    TNIĠĠIS TAL-ARJA

    Biex inkun onest, il-figuri eċċellenti li ħarġu dwar it-tniġġis tal-arja f’pajjiżna ħallewni ftit perpless. Stejjer li wieħed jisma’ ta’ spiss mingħand dan u dak dwar qtugħ ta’ nifs, deni tal-ħuxlief, allerġiji, ażżma u ma nafx xhiex aktar donnhom kienu qed jagħtu xhieda li speċjalment mal-bdil tal-istaġuni, il-kwalità tal-arja baqgħet teħżien minn sena għall-oħra.

    Ipprovajt nara x’informazzjoni tista’ ssib dwar l-ażżma fostna. Ma tantx wasalt bogħod. 

    --Artiklu mediku tas-snin sittin tas-seklu l-ieħor tal-professur Frederick Fenech fejn jikkonkludi li l-klima Maltija ma stajtx tgħidilha aħjar jew agħar minn klimi oħra meta tiġi biex tara kemm tagħti skop għall-ażżma.

    --Rapport ta’ xi sentejn jew tlieta ilu, fejn jintqal li l-ażżma f’Malta hi darbtejn u nofs aktar qawwija minn fi Sqallija.

    --Klassifika internazzjonali dwar kif il-pajjiżi jintlaqtu mill-ażżma. Malta titpoġġa fil-167 post. Imma l-kejl hu l-imwiet mill-ażżma. Hi kemm hi tajba jew ħażina l-arja, sa fejn naf, għad ma wasalniex fl-istadju fejn l-ażżma saret sors importanti ta’ imwiet.

    SENTIMENT EWROPEW

    Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Ewropa tagħti lok biex ħafna jikkommemoraw l-aktar x’irnexxielha tikseb jew ma tiksibx l-Unjoni Ewropea.

    Għalija le. L-ispazju Ewropew jikkonsisti f’affarijiet aktar profondi minn hekk. Bħall-wirt ħaj tal-kultura (speċjalment il-letteratura) Ewropea li fl-istess diversità nazzjonali tagħha jagħti xhieda ta’ esperjenzi simili. Fl-inkwina tal-istorja, dawn minn żmien il-Griegi u r-Rumani sal-lum, nisslu sentimenti li mhumiex komuni bl-istess mod fost il-popli Ewropej, imma jixtiebhu. Fil-modi kif iqisu l-ħajja, kif iridu jgħixuha u jgawduha.  

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0