Moviment li jħoss il-polz tan-nies

  • Mej 25, 2018 09:14
  • Miktub minn Il-Ministru Michael Falzon

    Għaddiet sena, minn meta dan il-Moviment reġa’ ngħata l-fiduċja biex imexxi l-pajjiż. Fiduċja li tissarraf biss, meta jinżammu l-wegħdi, jintlaħqu l-aspirazzjonijiet u jitwettqu dawk il-bidliet li sa issa kienu għadhom ma twettqux. Mhumiex biss l-istħarriġ u l-istatistika li jagħtu stampa ċara ta’ fejn qegħdin u fejn irridu naslu. Iżda huwa l-polz, is-sentiment, il-qagħda soċjali u dik ekonomika, li jiddeterminaw il-kejl ta’ suċċess fil-pajjiż. 

    Sena wara, il-Gvern qed iżomm kelmtu. Qed inettqu wegħdi li jvarjaw minn dawk ta’ natura t’inċentiv finanzjarja s’oħrajn revoluzzjonarji. X’jista jtik iktar kuntentizza milli tara familja trabbi tfal, daqs li kieku kienu biloġikament tagħhom? Din il-ġimgħa ħadt gost niltaqa’ ma koppja li addottaw tifla ta’ sitt snin mill-India, wara li tilfet il-ġenituri tagħha f’terremot  li għeżez in-Nepal tlett snin ilu. Tara dik it-tbissima sinċiera, kuntentizza, u paċi f’għajnejn din it-tifla ċkejkna li għalkemm il-ħajja ma tantx offritilha bidu sabiħ, issa qed issib lura dik l-imħabba li kull tifel u tifla jixirqilha.

    Waqt din l-istess żjara, ħabbarna li se tibda tingħata l-għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €10,000 sabiex tkopri parti mill-ispejjez li ġenituri addottivi jagħmlu biex jadottaw wild minn barra l-pajjiż. Għajnuna finanzjarja li se tkun qed tkopri spejjeż li saru sabiex individwu jew koppja ġew rikonoxuti bħala koppja addottiva. Dan fl-istess ħin li l-Gvern għaddej b’konsultazzjonijiet dwar kif nistgħu nagħtu iktar ħajja, anke permezz tal-IVF u metodi innovativi, biex ngħinu aktar persuni isiru ġenituri.

    Il-poplu għalhekk reġa’ ta l-fiduċja b’saħħitha f’dan i-Moviment biex iwettaq il-bidliet li għal żmien twil dan il-pajjiż beża minnhom.  

    Quddiem dawn il-bidliet storiċi, dan il-Gvern jibqa’ aktar kommess li  jaħdem biex jindirizza temi li jolqtu lil dawk l-iktar vulnerabbli. Żiedna l-pensjonijiet, ma daħħalna l-ebda taxxa ġdida u tajna iktar inċentivi għal dawk li jridu jaħdmu, fost oħrajn. Il-faqar materjali rnexxilna nnaqsuh għall-inqas livelli fl-istorja u issa qed nindirizzaw faxxex oħra li jistgħu jkunu f’riskju ta’ faqar, ewlenija fosthom l-anzjani.

    Ir-riskju ta' faqar fost l-anzjani huwa realta’ li aħna niffaċċjawha u mhux naħarbuha, kif kien jagħmel ħaddieħor, u għalhekk qed nkomplu nżidu l-pensjonijiet. Minkejja l-ħafna żidiet li tajna fl-aħħar tliet snin għad fadal ħafna aktar għajnuniet x'nagħtu biex il-pensjonanti jirkupraw il-livell tal-għixien li kienu tilfu taħt il-Partit Nazzjonalista.

    U xi jfisser meta ngħidu Malta t’għada, u l-ġenerazzjonijiet t’għada? Iffiser li nkunu lesti għall- isfidi li jinbidlu minn sena għal oħra. Ifisser li nkunu preparati għal eventwalitajiet fejn l-ekonomija tista’ tbatti xi ftit mir-rittmu tagħha u tfisser li nibnu  qafas soċjali u finanzjarju, dejjem aktar sod.

    L-aħħar investiment kbir fil-qasam soċjali żgur li kien dak ta’ ħamsin miljun ewro oħra għall-bini ta’ madwar ħames mitt residenza ġdid ta’ housing soċjali għal min veru għandu bżonn.

    Dan ifisser li fi ftit snin se jkunu nbnew 1,100 unit ta’ housing ġodda, b’investiment totali ta’ madwar mija u għaxar miljun ewro.

    Qalbna qed tħabbat fil-post it-tajjeb u se tkompli tagħmel dan fis-snin li ġejjin. Għalkemm kuntenti b’dak li ksibna, ċertament li fadal ħafna xi jsir u se nkomplu naħdmu biex Malta tibqa’ l-għira tad-dinja!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook