inewsmalta.com



Viżjoni soċjali fit-tul

  • Lul 24, 2018 08:00
  • Miktub minn Il-Ministru Michael Falzon

    Żmien is-sajf huwa meqjus minn ħafna bħala dak il-perjodu li matulu tistrieħ aktar mis-soltu, tgawdi l-klima sabiħa tagħna, tgawdi l-festi uniċi fil-pajjiż, tqatta’ xi ftit jiem barra mill-pajjiż u tagħmel aktar minn dak li jagħtik gost. Il-ġurnata titwal u t-temp jippermetti wkoll.

    Ma jfissirx iżda li l-ħidma tieqaf, pjuttost il-kontra. Dan huwa żmien delikat, għall-Gvern u għall-pajjiż, għax bħalissa jsir il-qafas ta’ dak li se jkun il-pjan finanzjarju tal-pajjiż għas-sena 2019. Qed nirreferi għall-Baġit, li d-dettalji kollha dwaru nkunu nafuhom f’Ottubru li ġej. Hawnhekk nista’ nassigura li kif ġara fl-aħħar snin, se nerġgħu naraw Baġit li jkompli jibni fuq dak li diġa’ wettaqna.

    Baġit li se jkompli jagħti nifs lil min jiflaħ l-inqas, filwaqt li jkompli jsaħħaħ il-‘middle class’ li fl-aħħar snin baqgħet ittejjeb il-livell tagħha.

    Għal darb’oħra se nkomplu nagħtu l-għajnuna lill-pensjonanti, faxxa tant importanti f’pajjiżna u li qed tkompli tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien. Irridu nifhmu d-demografja tal-pajjiż, qed naraw popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ. Il-Gvern huwa konxju ta’ dan il-fatt, għalhekk se nkomplu ninvestu fl-anzjani u l-pensjonanti tagħna li tant ħadmu biex dan il-pajjiż qiegħed fejn qiegħed illum.

    Kif qal il-Prim Ministru, il-pensjonanti kollha se jerġgħu jibbenefikaw minn żieda fil-pensjoni tagħhom. Din se tkun ir-raba’ żieda għall-anzjani tagħna matul l-aħħar snin ta’ Gvern Laburista. Il-pensjonanti tagħna se jerġgħu jibbenefikaw minn żieda oħra fil-pensjoni tagħhom minbarra l-kumpens għall-għoli tal-ħajja. Pass ieħor li se jwassal biex fuq medda ta’ snin, il-pensjonanti jkollhom pensjoni minima nazzjonali li tkun ogħla mill-linja tar-riskju tal-faqar.

    Il-mandat tal-Gvern huwa; li kif imwiegħed fil-manifest elettorali; f’din il-leġiżlatura l-pensjoni tiżdied b’minimu ta’ €8 fil-ġimgħa u hekk se jsir. Dawn iż-żidiet konsekuttivi jikkuntrastaw bil-kbir mal-limbu li għexna f’25 sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti.

    Esperjenzajna żminijiet, fejn mijiet ta’ anzjani kienu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi, ma setgħux ikessħu jew isaħħnu djarhom, oħrajn li ma setgħux ilaħħqu mal-ħajja. Illum tejbu l-livell tal-għijxien tagħhom, grazzi għaż-żieda fil-pensjonijiet u għadd ta’ miżuri soċjali oħrajn.

    Mhux se jkunu biss l-anzjani, li se jaraw żidiet u titjib, iżda se naraw imbuttatura soċjali oħra, li se tkompli tpoġġi lil Malta fuq nett fejn jidħlu servizzi u miżuri soċjali, fost l-Ewropa kollha. Għal darb’oħra l-Gvern se jkompli jindirizza inġustizzji u anomaliji tal-passat, fosthom ma’ membri tal-korp tal-pulizija, eks-ħaddiema tal-korpi, eks-ħaddiema tax-Xatt u eks-ħaddiema tal-Malta Electricity Board. 

    Dawn iż-żidiet huma possibbli għax il-Gvern għandu ekonomija b’saħħitha u rreġistra surplus li qiegħed iservi biex jgħin lill-familji u l-pensjonanti Maltin u Għawdxin. Nawguralkom sajf mimli mistrieħ, gawdu lill-familja, filwaqt li nħeġġeġ biex dejjem nippruvaw nagħtu eżempju tajjeb u pożittiv lill-uliedna u lil kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook