Is-Soċjeta’ tinbidel -Kif?

  • Set 17, 2018 04:37
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Kull soċjeta’ tinbidel u tagħna mhux anqas minn ta’ ħaddieħor.  Il-mistoqsija li tiġi mal-ewwel f’moħħok hi, Kif qed tinbidel is-soċjecta’ tagħna?  Din il-mistoqsija hi mportanti għaliex dak li jsir fil-pajjiż suppost li jsir għas-soċjeta’.  Issa jekk ma nkunux nafu kif qed tinbidel, jista’ jkun li dak li nkunu qed ngħamlu ma jkunx qed jolqot il-ħtieġiet u l-aspirazzjoniijet tas-soċjeta’.

    Illum dan hu aktar bżonnjuż għaliex illum is-soċjeta’ tagħna żgur li qed tinbidel b’mod aktar mgħaġġel.  Jekk kien hemm eżempju ċar, dan kien ir-riżultat tar-referendum tad-divorzju.  Żgur li ftit kienu dawk li kienu jemmnu li kien hemm daqshekk nies li kienu lesti li jaċċettaw id-divorzju.  Fil-fatt kien hemm min jaħseb li meta Joseph Muscat kien mexa lejn dan ir-referendum, dan kien qed jagħmel suwiċidju politiku.  Din kienet tema li l-partiti politiċi dejjem ħarbu minnha minħabba dan il-periklu.  S’intendi kien periklu għaliex ma konniex nafu kif qed tinbidel u kif inbidlet is-soċjeta’ Maltija.  

    Biex ngħidu kollox, ftit kienu dawk li kien jinteresshom minn dan l-aspett.  Dan  ħareġ ċar mill-analiżi li kien sar dwar dan ir-referendum.  Il-maġġoranza kbira tal-analiżi li saret, kienet tikkonċentra biss fuq il-kampanja li kienet saret qabel ir-referendum.  

    Jekk nieħdu eżempju wieħed ta’ aspett kif is-soċjeta’ Maltija ma tantx inbidlet, intwera fir-referendum tal-kaċċa.  Kien faċli li wieħed jimmaġina li f’dan l-aspett is-soċjeta’ Maltija kienet inbidlet ħafna.  Dan għaliex it-tema tal-ambjent ilha magħna u hi suġġett li nisimgħu u naqraw ħafna dwarha.  Biss dan ir-referendum wera li l-Maltin ma jaqdux il-kaċċa mal-ambjent.

    Il-valuri li jħaddnu l-Maltin ftit nafu fuqhom.  Dan ma jfissirx li ma nitkellmux fuqhom.  Taqra ħafna artikli li jsemmu il-valuri tal-Maltin u ħafna minnhom jibnu l-argumenti tagħhom fuq dawn il-valuri.  Biss ftit li xejn nafu fuq dawn il-valuri.

    Dan għaliex ma għandniex riċerka kontinwa ta’ dawn l-affarijiet.  Ma jfissirx li ma hawnx riċerka.  Biss fl-opinjoni tiegħi din la tidħol fil-fond ta’ dawn l-affarijiet u lanqas hi fuq medda ta’ żmien twil li bih tkun tista’ sew tara dawn it-tibdiliet u b’liema ritmu qed jinbidlu.

    Żgur li r-rata tal-bidla mhix waħda żgħira.  Ma rridux ninsew li llum is-soċjeta’ Maltija hi aktar miftuħa.  Miftuħa f’ħafna sensi.  Per eżempju llum issib ħafna aktar Maltin li lesti li jiżżewġu barranin.  Is-safar żdied u miegħu jinbidlu kif naraw l-affarijiet u dan ikollu effett fuq il-valuri tagħna.  Żgur li l-mezzi tax-xandir, speċjalment l-internet, qed ikollhom effett.  Mhux biss qed inkunu miftuħa li naraw dak li jkun qed jiġri postijiet oħra madwar id-dinja, iżda nisimgħu u naqraw l-opinjonijiet li ġejjien mingħand nies madwar id-dinja – nies li ħafna drabi għandhom valuri differenti minnha.  F’hiex jemmnu ż-żgħażagħ tagħna?  Jemmnu fl’istess affarijiet li jemmnu x-xjuħ tagħna?  U x-xjuħ kollha jemmnu f’dawk l-affarijiet li jemmnu missierijiethom?  U żgħażagħ nisa għandhom jemmnu fl-istess affarijiet ta’ naniethom? 

    Biex inkunu nafu aktar fuq is-soċjeta’ Maltija, żgur li jrid ikollna aktar riċerka.  Hawn nieħu l-okkażżjoni biex infaħħar lil-President Coleiro Preca għaliex organizzat nies biex jagħmlu riċerka.  L-aħħar riċerka li smajt biha li saret mill-Uffiċċju tal-President hi dwar l-ikel li jieklu l-Maltin.  

    Hi ħasra li l-Universita’ ta’ Malta ma hemmx dan il-moviment kontinwu biex issir riċerka dwar dawn l-affarijiet.  Ma jfissirx li ma ssirx riċerka, għaliex jien ċert li din issir ħafna – biss nemmen li ħafna drabi din ma ssirx għal-komunita’ iżda għal kumpaniji.  

    Semmejt l-Universita’ għal żewġ raġunijiet – l-ewwel din taħdem primarjament bit-taxxi tal-Maltin u t-tieni hi l-aktar istituzzjoni li ilha mwaqqfa u li għandha riżorsi speċjalment dawk umani.  Dan ma jfissirx li istituzzjonijiet edukattivi oħra li twaqqfu Malta ma għandhomx id-dmir li jagħmlu dan.   

    Fil-fatt nemmen li llum kważi kull istituzzjoni Malta għandha jkollha bażi ta’ riċerka li tgħodd għas-soċjeta’ Maltijia.  Ir-raġuni hi li ħafna mill-istituzzjonijiet edukattivi li għandna jiddependu mill-boroż ta’ studju li jgħati l-Gvern.  Hu minħabba dan li nemmen li dawn għandhom dmir li jgħatu xi ħaġa lura lis-soċjeta’ tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0