INDIPENDENZA

  • Set 20, 2018 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    INDIPENDENZA

    Għaddew biżżejjed snin minn żmien l-Indipendenza biex maġġoranza tal-poplu tagħna m’għandhiex esperjenza personali diretta tal-ġrajja. L-istess ħaġa daqt tmiss, jekk mhux diġà ġrat, lil Jum il-Ħelsien.

    Bħala tifkira, hu dubjuż kemm il-kommemorazzjonijiet tal-Indipendenza darba fis-sena huma effettivi billi jsaħħu xi għarfien tal-identità nazzjonali. Biex dan jiġri iridu jkunu inkwadrati b’sensiela ta’ atti u prattiċi publiċi, anki ta’ rutina, li jsostnu fost il-poplu sentiment nazzjonali. Pajjiżi oħra jagħmlu hekk bla ebda riżerva, mhux l-anqas permezz tas-sistema edukattiva. 

    Issib min mhuwiex favur li titqawwa l-ħerqa lejn in-nazzjon. L-aktar ilment komuni sar li n-nazzjonaliżmu hu forza għal dissens bejn il-ġnus. Bilfors iwassal għall-gwerra. Hemm min ukoll iqis li Malta hi ċkejkna wisq biex tkun nazzjon u aħjar inħolluha f’identità aqwa, bħal xi ħaġa Ewropea.

    Ilha kemm ilha li ntrebħet, il-battalja tal-indipendenza għadha għaddejja.

    FIL-KUMMISSJONI L-ĠDIDA

    Kif inhuma miktuba t-trattati Ewropej, il-Kummissjoni Ewropea m’għandhiex tkun magħmula minn numru ta’ persuni akbar minn żewġ terzi tal-għadd ta’ pajjiżi membri. Kull membru għandu ċans ugwali li minn Kummissjoni għal oħra, ċittadin tiegħu jiġi nominat għal fuqha. Il-Kummissarji jintgħażlu b’mod li kull reġjun tal-Unjoni jisfa rappreżentat.

    Biex ir-regola ma titħaddimx, hu meħtieġ qbil unanimu bejn il-pajiżi membri li jsir hekk. 

    Dan l-arranġament ftit issemma sa issa. Kienu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li l-aktar ġibdu l-attenzjoni. Dwar il-Kummissjoni tal-lum kien intlaħaq qbil unanimu li jinżamm il-metodu qadim li kull pajjiż ikollu kummissarju “tiegħu”. Mhix ħaġa ċara li se jiġri l-istess fid-darba li jmiss. 

    DRITTIJIET TAL-AWTUR

    Il-kontroversja kbira mhix se tintemm malajr, dwar jekk għandhomx jew le jidħlu regolamenti ġodda fuq kif id-drittijiet tal-awtur japplikaw għal x’jittella’ fl-internet. L-aħħar puntata tal-ġrajja – li seħħet fil-Parlament Ewropew – intemmet b’rebħa għal dawk li jemmnu li d-drittijiet tal-awtur għandhom jiġu nforzati. Min jaqbel ma’ dan, jemmen li l-ġganti l-kbar tal-internet... bħal Facebook u you tube... jagħmlu profitti enormi bir-riklami li jiddobbaw, waqt li jużaw b’xejn il-produzzjoni ta’ ġurnalisti, kittieba, mużiċisti u oħrajn.

    Kontrihom hemm dawk li jemmnu li r-regolamenti li qed jitħasslu dwar l-internet huma xkiel fuq il-libertà tal-espressjoni. Iqisu li se jkissru x-xogħol ta’ nies li permezz tal-internet qed joħolqu mezzi ġodda ta’ espressjoni artistika u ta’ kumment soċjali.

    Fil-fehma tiegħi, dwar ħafna mill-punti ta’ kritika li tqajmu, diġà hemm modi kif jistgħu jinħallu. Dwar oħrajn, kompromessi raġonevoli jistgħu jinstabu. Kollox ma’ kollox, jien ikkonkludejt li bħalissa, l-priorità kellha tkun li jitħarsu d-drittijiet ta’ min qed jipproduċi xogħol oriġinali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0