AĠENZIJI REGULATORJI

  • Ott 01, 2018 08:04
  • Miktub minn Alfred Sant

    AĠENZIJI REGULATORJI

    X’aktarx li għandhom raġun dawk li jsostnu li l-aġenziji regulatorji mhumiex jaħdmu tajjeb biżżejjed. L-awtorità dwar il-konsumaturi, dik dwar is-servizzi finanzjarji, l-oħra dwar l-ippjanar, fost oħrajn, sfaw il-mira ta’ kritika li għaliha taw tweġibiet xejn effettivi. L-ilmenti li jitqanqlu dwar l-operat tal-aġenziji mhumiex motivati kollha minn pika partiġġjana; nisma’ wkoll ilmenti mingħand sostenituri ferventi tal-gvern.

    Il-problemi ma faqqsux u ma ħarġux fid-deher issa. Ilhom jinħassu sa mill-bidu tat-twaqqif tal-aġenziji. Suppost li dawn iservu biex jiżguraw li l-liġijiet u r-regolamenti fl-oqsma tagħhom jitħaddmu b’mod korrett u biex irażżnu l-abbużi. F’qagħda fejn il-forzi tas-suq baqgħu jitqawwew u ta’ spiss waqgħu taħt il-kontroll ta’ interessi dojoq, l-aġenziji kellhom joperaw b’mod “indipendenti”, mhux l-anqas mill-gvern tal-ġurnata.

    Mentri l-perċezzjoni tagħhom saret li huma bla saħħa u/jew iservu ta’ paraventu għall-gvern u għal interessi li suppost qiegħdin iħarsuna minnhom. Il-fatt li l-gvern innifsu ta’ spiss jinjorahom f’ħidmietu jkompli jdgħajjifhom.

    Hemm bżonn ta’ riflessjoni qawwija dwar x’irridu tassew niksbu bħala soċjetà mill-operat tal-aġenziji regulatorji.

    PROPORZJON

    Xi wħud ipprovaw ipinġu l-problemi li nqalgħu dwar il-bank Pilatus bħala daqqa kbira għas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. Dan wara li kienu uħud mill-istess uħud li raw kif jagħmlu biex ikabbru l-biċċa fil-medja u fil-fora internazzjonali.

    Il-problema maħluqa mill-Pilatus kienet serja, mela le, u ħteġilha tissewwa. Biss dwarha, wieħed irid iżomm sens ta’ proporzjon. Il-bank kien wieħed relattivament ċkejken, kif ukoll kienu hekk f’termini ta’ flus, l-iskorrettezzi li nstab ħati tagħhom. Ix-xiljiet li saru fl-Istati Uniti lill-kap tal-Bank jirrigwardaw sanzjonijiet tal-liġi Amerikana, mhux tal-liġi internazzjonali.

    Fl-istess żmien li kienet għaddejja l-istorja tal-Pilatus faqqgħu skandli kbar ta’ ħasil tal-flus u aktar f’banek Ewropej magħrufa stabbiliti fil-Latvja, fl-Olanda u fil-Ġermanja. Involuti kien hemm biljuni kbar ta’ ewro u dollari.

    ĦAMIEM

    Min jgħix Tas-Sliema ilu s-snin jissaporti dwejjaq dejjem jiżdiedu. L-agħar li baqgħet tikkarga hi dik tal-iżviluppaturi u kuntratturi li bl-inġenji u x-xogħlijiet tagħhom għandhom kontroll sħiħ fit-toroq u l-pjazzez tal-post.

    Dan l-aħħar, dwejjaq ġdid qed jiġi kkawżat miż-żieda ta’ ħamiem “selvaġġ” li kkolonizza partijiet mill-belt. Il-ħmieġ li qed iħalli fuq il-bankini u fil-btieħi bilkemm jitwemmen.

    Id-difensuri tad-drittijiet tal-annimali xejn ma jieħdu gost bl-unika soluzzjoni li teżisti għal dil-problema. Meta ġiet ipprovata fil-Kottonera qam rebus u t-tneħħija tal-ħamiem li nfestaw dik iż-żona kellu jitwaqqaf. 

    Dnub li dal-ħamiem qiegħed joħloq dwejjaq biss fost min jgħix u jżur Tas-Sliema u mhux fost il-kuntratturi tal-bini li joperaw hemm. Kieku malajr tinstab soluzzjoni u addio ħamiem! 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook