X'inhu jwassal biex il-fqar jiftaqru aktar?

  • Ott 08, 2018 08:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    KIF?

    Id-diverġenza bejn dawk li jaqilgħu ħafna f’pajjiżna u dawk li jaqilgħu ftit jew ftit wisq, kibret qatigħ. Jidher li se tkompli tiżdied. Ir-raġuni hi li d-dħul ta’ min qed jaqla’ ħafna baqa’ jiżdied. Waqt li l-introjtu ta’ min jaqla’ ftit mhux talli ma żdiedx, talli x’aktarx li naqas relattivament, jekk mhux b’mod assolut.

    Tal-ewwel waħidha ma ddejjaqnix. Sakemm min sejjer tajjeb u baqa’ jdaħħal

    aktar qed jirnexxielu f’hekk b’mod onest u fi klima ta’ ġustizzja soċjali, għaliex le?

    Imma tat-tieni nsibha inkwetanti ħafna. X’inhu jwassal biex il-fqar jiftaqru aktar? Nuqqas ta’ impjiegi tajba? Nuqqas ta’ protezzjoni soċjali effettiva? Nuqqas fis-sistema edukattiva li mhiex tgħallem u tħarreġ liż-żgħażagħ?

    Imbagħad il-mistoqsija: Kif se jittejjeb id-dħul ta’ min baqa’ jaqa’ lura?

    B’titjib fis-servizzi soċjali? Fil-pensjonijiet? B’żieda sostanzjali fil-paga minima?

    Huma mistoqsijiet rilevanti għal politika soċjali siewja fostna, bħal ma huma

    filfatt, rilevanti għall-bqija tal-Ewropa.

    ***

    REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO

    It-tilwima li qed tinħema bejn l-Italja u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-baġit tal-gvern għas-sena 2019 tista’ tiqliel fil-jiem li ġejjin.

    Il-gvern qed jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu b’mod pjuttost konfuż. Daqqa jgħid ħaġa, daqqa oħra. Jew hekk qed jiftiehem. L-għan aħħari jekk fhimt tajjeb, hu li jrid iżid l-ispiża tal-gvern biex idaħħal proġetti ġodda ta’ investiment u biex jaġevola d-dħul ta’ ċittadini u pensjonanti b’għotjiet ġodda ta’ flus. B’hekk iżid il-bejgħ u x-xiri, kif ukoll il-ħidma ekonomika ġenerali fil-pajjiż. Allura suppost jinħolqu aktar impjiegi.

    Imma fl-istess nifs se jkun qed jiżdied id-defiċit tal-gvern b’mod li jikser ir-regoli taż-żona tal-ewro. Il-Kummissjoni Ewropea mhix lesta tħalli dan jiġri.

    Fejn żgur naqbel mal-argument tat-Taljani hu fejn jidħlu l-investimenti: ir-regoli taż-żona tal-ewro dwar deficit jikkrepaw il-ħila ta’ gvern biex jixpruna l-ekonomija. Ili nargumenta fil-vojt li għall-finijiet ta’ kif jiġi kalkolat id-defiċit, in-nefqa fuq investiment m’għandhiex tiġi kunsidrata bl-istess kejl bħall-ispiża rikorrenti.

    ***

    ESAĠERAZZJONI

    Veru li Tony Zarb seta’ reġa’ kien ħafna aktar diskret f’kif poġġa fehmietu.

    Tista’ ma taqbilx miegħu, tikkundannah.

    Biss li twassalha sal-punt li tressaq mozzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti biex titneħħielu l-medalja ta’ ġieħ nazzjonali li ngħata – kif għamlet l-Oppożizzjoni – hi esaġerazzjoni manja. Mhux ta’ b’xejn l-Oppożizzjoni qed tikseb il-fama li għadilli hemm
    ħafna x’titkellem dwaru fil-pajjiż, mhiex taqbad art u bil-kemm qed tagħraf fuq xiex għandha tikkonċentra.
    Sadattant jibqa’ deplorevoli l-mod kif il-mezzi soċjali ta’ kumnikazzjoni daħħlu fostna stili ta’ espressjoni xejn ħelwin li saru jintużaw minn kbar u żgħar, u miż-żewġ (jew aktar) naħat tal-firda partiġġjana li teżisti f’pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook