#BREAKDCHAIN

  • Ott 10, 2018 07:45
  • Miktub minn Il-Ministru Chris Fearne

    Mhux l-ewwel darba li waqt xi passiġġata għall-kwiet fil-kampanja inzertajt inkun għaddej minn qrib xi binja u f’daqqa waħda tisma’ l-inbih ta’ kelb pjuttost irrabjat u tarah jittawwal minn fuq xi bejt jew minn wara xi ċint li jkun idawwar il-proprjetà li magħha jkun ‘għassa’. F’każi bħal dan tal-aħħar lill-kelb tarah ġeneralment marbut b’xi ħabel jew katina li jkunu twal sa fejn twassal il-proprjetà  ta’ sid il-kelb.

    Dak il-ħin tgħid li imn’Alla li l-kelb kien marbut għax aktarx li kien jattakkani u, ngħiduha kif inhi, gidma ta’ kelb xejn  m’hi pjaċevoli. Imma mbagħad fl-istess ħin meta tqis li dan il-povru kelb, marbut kif ikun, ikun daqstant limitat fejn jista’ jiċċaqlaq, titħassru. Aktar u aktar jekk it-tul tal-ħabel jew tal-katina jkun wieħed ristrett għal forsi ftit metri, jekk mhux inqas.

    L-annimali għandhom id-drittijiet tagħhom ukoll u l-fatt li huma ma jistgħux jitkelmu għalihom infushom m’għandux ifisser li dawn id-drittijiet qishom ma jeżistux. Dan huwa rikonoxxut bis-sħiħ mill-Gvern, tant li d-Drittijiet tal-Annimali flimkien mal-Agrikoltura u s-Sajd jiffurmaw id-dekasteru ta’ Segretarjat Parlamentari speċifiku mmexxi mill-kollega Segretarju Parlamentari Clint Camilleri. Il-Programm Elettorali tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017 jinkludi kapitlu sħiħ fejn jirrigwarda Drittijiet tal-Annimali.

    Meta fil-jiem li għaddew tħabbar li se jkun illegali li klieb jinżammu marbutin b’dan il-mod kien espress sens ta’ sodisfazzjon kbir minn dawk li jħobbu l-annimali. Issa hemm projbizzjoni fuq l-irbit ta’ klieb ma’ oġġett wieqaf bħala mezz primarju ta’ żamma. Kelb m’għandux jinħaqar b’dak il-mod għax sitwazzjoni bħal dik m’hi xejn għajr krudeltà li twassal lill-kelb milli ma jibqgħax ‘l-akbar ħabib tal-bniedem’. Mhux sew li jkollok kelb u mbagħad torbtu ġurnata sħiħa bla ma jista’ jiċċaqlaq għajr fi spazju limitat. Li titimgħu u tisqih mhux biżżejjed. Anke jekk tħoss li l-kelb jista’ jservik ta’ ‘għassies’ ma’ proprjetà tiegħek, għandu jkun assigurat li filwaqt li l-‘għassa’ jipprovdiha, la jkun ta’ periklu żejjed għal nies li jistgħu ma jkollhom ebda intenzjoni li jidħlu fil-proprjetà tiegħek imma jkunu sempliċiment għaddejjin minn ħdejha, u lanqas m’għandha tkun provduta minn kelb marbut b’katina 24 siegħa kuljum.

    Għalhekk jagħmel ħafna sens l-avviż li xxandar fil-jiem li għaddew fuq il-mezzi tax-xandir: Daqshekk klieb marbutin bi ktajjen – Irrapporta l-abbuż fuq 1717.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0