Somma rekord għas-saħħa għas-sena 2019

  • Ott 31, 2018 08:09
  • Miktub minn Chris Fearne

    Aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Parlament bdejna niddiskutu l-Baġit 2019 fuq livell ta’ Ministeri wara li nhar it-Tnejn li għadda kien hemm ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-għada kien hemm il-kontroreplika min-naħa tal-Prim Ministru. Il-Vot allokat lill-Ministeru għas-Saħħa għas-sena 2019 se jkun diskuss nhar it-Tlieta li ġej, 6 ta’ Novembru,  fis-Seduta Parlamentari ta’ filgħodu, li tibda fid-9.00 u tintemm f’nofsinhar, bil-ħin jinqasam bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra. Nistiednek issegwi din is-seduta biex tkun taf aħjar x’għamilna f’dan il-qasam daqstant importanti u x’għandna pjanat li ngħamlu tul is-sena 2019. Tkun tista’ ssegwi wkoll x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar dan il-qasam. Nittama, u sinċerament nixtieq, li tkun kritika kostruttiva.

    Sadattant  nieħu din l-opportunità biex ngħid li għas-sena 2019 għall-Qasam tas- il-Gvern qiegħed jivvota s-somma ta’ €685.8 miljun, maqsumin f’€637 miljun f’nefqa rikurrenti u €48.8 miljun f’nefqa kapitali. Din hija somma rekord, l-ogħla somma li qatt kienet ivvotata għall-Qasam tas-Saħħa f’pajjiżna. Somma li minnha nnifisha tirrifletti l-prijorità qawwija li l-Gvern qed jagħti lil dan is-settur daqstant importanti. Għas-sena 2019 qegħdin ikunu vvutati €75 miljun aktar minn kemm kienet s-somma vvotata fil-Baġit 2018 u d-doppju tal-aħħar somma vvotata minn Gvern Nazzjonalista meta għas-sena 2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista, kienu ġew ivvotati €327 miljun. Ċifri li huma diġà biżżejjed biex tivvaluta l-prijorità li s-saħħa kienet tingħata lbieraħ u llum.

    Illum, minn hawnhekk, mhux se nidħol fid-dettal ta’ x’aħna nipproġettaw li ngħamlu  s-sena li ġejja fil-qasam tas-saħħa. Se nirreferi biss għal-qasam tas-saħħa mentali li liberament nista’ ngħid li dan huwa settur li għal snin ferm u ferm twal ma kienx jingħata l-prijorità li tixraqlu. Dejjem tħalla jaqa’ lura. Ironikament il-Kap tal-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għadda qal li fil-qasam tas-saħħa mentali dan hu Gvern li parla ħafna imma li f’sitt snin għadu m’għamel xejn.

    Hawn mhux il-lok fejn inwieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar stqarrija bħal din. Ngħid biss li l-istat li fih sibna per eżempju l-uniku sptar li għandna s’issa għall-kura tal-mard mentali, Sptar Monte Carmeli, kien wieħed tal-mistħija. Degradanti kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-ħaddiema, f’kull livell tagħhom, li jaħdmu hemm ġew. Kien isir biss xogħol li tista’ faċilment issejjaħlu traqqiegħ tal-pannu bil-qargħa aħmar.

    Kieku l-Kap tal-Oppożizzjoni mqar indenja ruħu jżur  dan l-isptar u jara x’diġà sar s’issa ċertament li ma kienx jazzarda jgħid li “dan hu Gvern li parla ħafna imma li f’sitt snin għadu m’għamel xejn”. Hawnhekk ngħid biss li għas-sena li ġejja qegħdin nivvotaw aktar minn €6.5 miljuni għal tkomplija ta’ xogħlijiet estensivi fl-Isptar Monte Carmeli biss.

    Nhar it-Tlieta li ġej fil-Parlament ikolli l-opportunità ngħid ferm aktar x’se nkunu qegħdin ngħamlu fil-qasam tas-saħħa mhux biss fejn jirrigwarda kura għal mard mentali, imma wkoll dwar kull settur ieħor. Xogħol li jvarja minn tkabbir tal-Isptar Mater Dei, għal innovazzjonijiet u introduzzjoni ta’ teknoloġija avvanzata fil-faċilitajiet fl-istess sptar flimkien ma’ spinta qawwija lill-kura tas-saħħa fil-komunità.

    Nistiednek issegwi s-Seduta Parlamentari ta’ nhar it-Tlieta li ġej filgħodu, 6 ta’ Novembru, 2018, bejn id-9 u nofsinhar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0