Ekonomija tas-Servizzi

  • Nov 01, 2018 10:00
  • Miktub minn Dr Alfred Sant

    Sena wara l-oħra, fi żmien u l-baġit u anke barra minnu, nikkonfermaw kif l-ekonomija tagħna qed iżżid fid-doża ta’ servizzi li tipprovdi bħala l-ħidma ewlenija tagħha. Sparixxew kważi għal kollox il-miri ssettjati fi snin imbiegħda biex l-industrija tingħata sostenn qawwi ħalli tiffjorixxi.

    Illum il-piż relattiv u assolut tagħha baqa’ jiċkien.

    Din hi konsegwenza oħra – li ma tantx tissemma – tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Pajjiżi ċkejkna bħal tagħna jistgħu jsibu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom – speċjalment jekk jinsabu fil-periferija tal-Ewropa – l-aktar fis-servizzi.

    Tajba jew ħażina dil-ħaġa? Kulħadd bil-fehma tiegħu. Se jkunu l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna li jkunu jistgħu jikkonkludu dwar hekk: mill-esperjenza.

    Li hemm kurjuż – anzi inkwetanti sa minn issa, hu l-fatt li hemm kurrenti politiċi qawwija fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jqisu servizzi bħal dawk li nipprovdu aħna, bħala dubbjużi għall-aħħar. U jridu jrażżnuhom, biex ma ngħidx jikinsuhom għal kollox ’il-barra.

    ***

    IL-MEJTIN TAL-GWERER

    Il-kommemorazzjonijiet taż-Żewġ Gwerer Dinjin baqgħu jsiru imma ma jingħatawx xi attenzjoni speċjali. Għandu raġun min jgħid li f’pajjiżna, huma l-festi popolari li l-aktar jiġbdu l-folol – fejn issib il-baned u l-murtali u l-briju u l-birra u l-hot dogs...

    Din mhijiex raġuni biex kommemorazzjonijiet bħal tal-Gwerer inwarrbuhom. L-aktar u l-aktar fejn jingħata ġieħ lil dawk li mietu fihom. Veru li sħabhom li skansaw mill-mewt ukoll tnaqqew qatigħ matul is-snin li għaddew. Kienu huma li l-aktar saħqu bir-raġun fuq il-ħtieġa li sħabhom il-maqtula tal-gwerra ma jintesewx. 

     Anke meta dawk li salvaw mil-qerda jkunu għebu għal kollox, tibqa’ l-ħtieġa li l-maqtula u l-mutilati jibqgħu jiġu kommemorati b’ġieħ u sogħba.

    ***

    GEORGE GATT

    Nibqa’ niftakru bħala wieħed li ta pariri siewja u ġenwini. Prudenti u kawt f’imġibtu minkejja leħnu pjuttost għoli, kont narah jinkwieta żżejjed u meta ngħidlu hekk kien jaqbel, waqt li jispjega kif hekk kien magħġun.

    Kont nieħu gost nisimgħu jirrakkonta tfulitu li qatta f’razzett kbir f’nofs l-għelieqi lejn Burmarrad; jew kif beda n-negozju tiegħu meta ġie lura mill-Kanada. Politikament dejjem kien ċar fi ħsibijietu, dejjem kont inkun naf fejn qiegħed miegħu – ħaġa li maż-żmien tapprezza dejjem aktar.

    Ammirajt fih ukoll l-imħabba lejn familtu.  Ħafna mill-inkwiet tiegħu kien ikun imnebbaħ mill-ħsieb li jista’ jistinka aktar għaliha.

    B’mewtu tlifna ieħor minn ġenerazzjoni ta’ politiċi Laburisti li kkontrbwew bil-kbir biex pajjiżna ma jkunx biss indipendenti imma wkoll ħieles. Hi kontribuzzjoni li ħabtet tintesa fl-aħħar żminijiet għalkemm ħadd ma jista’ jħassarha mill-istorja ta’ pajjiżna. 

    Kondoljanzi profondi lill-familja kollha ta’ George Gatt. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook