Fun Run tal-President 2018

  • Nov 07, 2018 07:26
  • Miktub minn Chris Fearne

    Il-parteċipazzjoni tiegħi fil-Fun Run tal-President 2018 tal-Ħadd li għadda, 4 ta’ Novembru, 2018, ma kinetx l-ewwel darba tiegħi f’dan l-avveniment annwali, issa fl-10 edizzjoni tiegħu. Imma kienet l-ewwel darba li għamiltha fil-kariga ta’ Aġent Prim Ministru fl-assenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat li kien barra ‘l pajjiż f’ħidma b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.

    Il-Ħadd li għadda ħassejtni ferm u ferm sodisfatt imdawwar b’daqstant eluf ta’ nies, kollha b’għan wieħed, dak li nkunu solidali ma’ min jinqabad fil-bżonn. L-entużjażmu, id-determinazzjoni u l-istimulu li tagħtik il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca f’attività nazzjonali bħal din ikomplu jkattru fik ir-rieda li taħdem kemm tiflaħ għal min ikollu l-ħtieġa li jirrikorri għand il-Community Chest Fund.

    Ħassejtni ferm u ferm sodisfatt għax tara tul dak in-nofs ta’ nhar tal-Ħadd filgħodu t-twarrib fil-ġenb tal-element politiku partiġġjan. Tara s-sens ta’ għaqda fost il-poplu f’atmosfera ferrieħa. Kellha raġun il-President tar-Repubblika tiddeskrievi lill-poplu Malti u Għawdxi bħala poplu li jiddistingwi lilu nnifsu bħala poplu mill-aktar ġeneruż.

    Kont kemxejn imħasseb fil-jiem ta’ qabel peress li t-tbassir tat-temp għall-Ħadd li għadda kien li kellu jkun jum karaterizzat minn maltemp u xita. Imma milli jidher anke n-natura riedet tingħaqad magħna f’din il-kawża ġusta u ppermettiet li t-temp ikun wieħed mill-aktar favorevoli.

    L-attività tal-Ħadd li għadda kienet l-aħħar waħda tax-xorta tagħha taħt il-President Marie Louise Coleiro Preca peress li t-terminu tal-presidenza tagħha jintemm kmieni s-sena d-dieħla. Presidenza karaterizzata minn ħidma kontinwa bażata fuq l-element soċjali. Ikun xieraq li L-Istrina li jmiss, ukoll l-aħħar waħda tal-President Coleiro Preca, tkun immarkata b’ċifra akbar minn tal-Istrina li għaddiet. Dan ikun rikonoxximent u ringrazzjament mill-aktar mistħoqq lill-President Coleiro Preca.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0