Aktar mat-toroq jitjiebu...

  • Nov 08, 2018 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Aktar mat-toroq jitjiebu, anqas se ngawduhom, qalli ħabib li jiddeletta bil-kontroversji tant li jagħtik x’tifhem li xejn ma jogħġbu.

    It-toroq li kellna sa ftit tas-snin ilu, kienu tajba, kompla – ħlief li ma kien isir l-ebda manteniment fuqhom. Biss aktar man-nies tħajret tixtri l-karozzi, aktar it-toroq saru ffullati u ma baqgħux tajba. Issa, twessgħu. It-traffiku fihom qed jiġi organizzat b’galbu akbar minn qabel. Qed nitilfu anqas żmien wieqfa nistennew li jinħall xi imblokk wara l-kantuniera.

    Imma issa x’se jiġri? In-nies se tkompli titħajjar tixtri aktar karozzi. Qaluli li qatt ma nxtraw karozzi kull xahar daqs illum. Malajr it-toroq il-ġodda se jerġgħu jiffollaw. Ma jibqgħux jidhrulna wiesgħa, it-traffiku jerġa’ jiġġammja. Imbagħad wara ħafna snin ta’ stennija, xi gvern tal-futur ikollu jerġa’ jwessagħhom.

    Veru li dal-ħabib hu wisq fonqla. Żgur ma semax bil-proverbju Malti eċċellenti: Għada min rah?

    INKLUSSIVI

    Tgħallimt ħafna mil-laqgħa li nżammet fiċ-ċentru tal-Arka, bis-sehem tal-uffiċċju tiegħi f’Għawdex, bejn ħames għaqdiet volontarji hemm li jaħdmu biex jagħtu appoġġ lil ċittadini li għal raġuni jew oħra, jinsabu fis-sogru li jitwarrbu mis-soċjetà.

    L-akbar tnejn kienu l-fondazzjoni tal-Arka, li tieħu ħsieb persuni b’diżabbiltà fiżika, u tal-Oasi, attiva fost persuni li jbatu minn xi “vizzju” (sfortunatament m’għandniex kelma aħjar bil-Malti għall-kelma Ingliża “addiction”). Preżenti wkoll kellna għaqdiet iżgħar – għal dawk nieqsa mis-smigh; għal dawk b’mard mentali; u għall-membri tal-komunità LGTB.

    Għax jinsabu f’Għawdex, il-periklu tal-iżolament doppju hu kbir għall-persuni li dawn l-għaqdiet jindokraw – tkomplija tal-problemi li toħloq l-insularità doppja tal-gżira. Jidhrili li diġà qed isir xogħol siewi li jistħoqqlu jingħata aktar appoġġ.

    F’das-sens, l-idea li titwaqqaf assoċjazzjoni li ġġib flimkien lill-għaqdiet Għawdxin li jistinkaw għall-inklussività tista’ tkun ta’ ġid. Issemmiet f’dikjarazzjoni li l-għaqdiet preżenti ffirmaw fi tmiem il-laqgħa.

    FI ŻMIEN IR-RE NERIKU

    Ili ma naqra żewġ kotba ta’ awtur fl-istess sena. Għamiltha bir-rumanz ta’ Jean d’Aillon “Fil-qabda tal-Lega”, rumanz storiku “tal-avventuri” imqiegħed fl-aħħar għoxrin sena tas-seklu 16, l-aktar f’Pariġi. Il-Lega ma kinitx dik ta’ Salvini, imma tan-nobbli determinati li ma jħallux li jitla’ fuq it-tron ta’ Franza xi prinċep Protestant bħal Neriku r-re ta’ Navarra.

    Jean d’Aillon jipprova jimmodernizza l-istil tar-rakkont storiku li kien jiddeletta bih Alexandre Dumas billi jagħmlu ħafna aktar vjolenti u ħafna aktar imħarrek fir-ritmu. Deherli li mhux darba jew tnejn minħabba f’hekk, jitlef il-kontroll fuq in-narrazzjoni u jsir diffiċli ssegwi ċerti episodji. Xorta r-rumanz hu mexxej anke jekk il-konklużjoni mhix drammatika daqs kemm wieħed seta’ jistenna. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook