ID-DIĠITALI F’MALTA

  • Nov 12, 2018 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    ID-DIĠITALI F’MALTA

    Kienet interessanti l-konferenza imsejħa mill-Istitut Malti tal-Management (MIM) dwar it-teknoloġija diġitali fl-Ewropa u t-tmexxija tal-VAT. L-emfażi kien fuq l-avvanzi f’li qed tissejjaħ il-fintech – li aħna f’Malta ninsabu fil-quddiem tagħhom – u f’kif jaffettwaw it-tħaddim tal-VAT. 

    Id-diskussjoni kienet usa’ minn hekk.

    Il-ministru tal-finanzi Edward Scicluna ta rendikont eċċellenti ta’ kif manuvri politiċi u finanzjarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea affettwaw it-tmexxija tal-aġenziji regolatorji ta’ Malta. U kif min-naħa tagħna qed nilqgħu għal dan iċ-ċaqliq.

    Kien konvinċenti fl-ispjega tiegħu dwar kif donnha saret ħaġa faċli fil-mezzi ta’ kumnikazzjoni tal-Unjoni Ewropea li jisparaw fuq dak li seta’ qed jiġri fuq skala żgħira f’pajjiżi ċkejkna bħal Malta u Ċipru... imma (u din b’sens diplomatiku fin, ma qalhiex) ftit jagħfsu dwar dak li qed jiġri fuq skala elf darba aqwa, fil-banek u fl-istituzzjonijiet finanzjarji l-kbar tal-pajjiżi l-kbar.

    DWAR IL-BREXIT

    Kien hemm konferenza oħra b’attendenza qawwija sew li ma stajtx ma nattendix. Organizzaha l-uffiċċju tiegħi f’lukanda l-Qawra, bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew: dwar il-Brexit u kif tista’ tolqot lil Malta. Ma’ Karl Stagno Navarra, iddiskutejna dak li jista’ jiġri u ma jiġrix fin-negozjati dwar kif ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Ftit jiem qabel kont iddiskutejt l-istess ħaġa fi Brussell mal-ministru Ingliż Brandon Lewis.

    Din id-darba imma, l-interess kien l-aktar fuq – jiġri x’jiġri min-negozjati – x’se jkun l-effett fuq il-Maltin.

    Ħaġa ċara: hu fl-interess tagħna li l-Brexit iseħħ bi ftehim u bis-sens. Mhu fl-interess ta’ ħadd li l-biċċa taggrava f’xi konflitt. Il-kwistjoni tal-Irlanda hi komplikata imma hu essenzjali li tissolva b’kompromess raġonevoli. 

    Kif naraha jien, l-aqwa problemi għalina l-Maltin ġejja minn x’se jiġri fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarja li daqstant studenti Maltin ifittxu li jsegwu fir-Renju Unit. Nistennew.

    TURIŻMU SOSTENIBBLI

    Fil-Parlament Ewropew, grupp li jsegwi l-qagħda tal-gżejjer u ż-żoni ta’ mal-baħar fl-Ewropa organizza seminar siewi dwar it-turiżmu sostenibbli. Stedinni mmexxi diskussjoni dwar kif irridu nibnu informazzjoni għaqlija dwar il-fatturi li jressqu lejn dan l-iżvilupp mixtieq.

    Taw il-fehmiet tagħhom nies li huma involuti sew fil-qasam – mill-Italja, l-Greċja, Spanja kif ukoll fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.

    Għad ma jeżistix qbil dwar xinhu sostenibbli jew le fit-turiżmu tal-Mediterran. Għad iridu jinstabu l-għodod meħtieġa biex din l-isfida tiġi mistħarrġa b’mod serju. Biss hemm qbil wiesa’ li dawn il-kwistjonijiet għandhom jitqiesu b’kull bis-serjetà. 

      Il-verità hi li mhux kulħadd jaqbel li t-turiżmu hu għodda ta’ żvilupp u tkabbir ekonomiku li ma jġib miegħu l-ebda gwaj...

    Insomma, din kienet ġimgħa ta’ konferenzi...

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0