Il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards

  • Nov 14, 2018 08:00
  • Miktub minn Chris Fearne

    Nhar it-Tnejn li għadda, 12 ta’ Novembru, 2018, inħatar l-ewwel Kummissarju għall-Istandards, l-Avukat George Hyzler. Dan b’riżultat ta’ Liġi li konna approvajna mill-Parlament f’Marzu tas-sena 2017. Permezz ta’ din il-Liġi l-Kummissarju għall-Istandards u l-Kumitat Permanenti għandhom is-setgħa li jinvestigaw ksur ta’ dmirijiet statutorji jew etiċi ta’ persuni fil-ħajja pubblika. Attendejt għaċ-ċerimonja tal-ħatra fil-kariga ta’ Aġent Prim Ministru.

    Il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards minnha nnifisha hija turija ta’ kemm il-Gvern jemmen fit-trasparenza, fil-governanza u fid-demokrazija. Iżjed minn hekk il-Gvern għażel bħala l-ewwel Kummissarju f’din il-kariga persuna li ġejja mill-kamp politiku oppost. Il-Kap tal-Oppożizzjoni intalab mill-Prim Ministru jinnomina hu persuna għal din il-kariga daqstant importanti.  Dan ma sarx b’kumbinazzjoni. Sar hekk biex il-Gvern ikompli jwassal il-messaġġ li hu jemmen fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż u għax konvint li dawn l-istituzzjonijiet jaġixxu skont ir-responsabbiltajiet li jġorru.

    Il-Kummissarju għall-Istandards se jkollu l-faċilità jifli, fost affarijiet oħrajn, d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ kull Membru  Parlamentari u jieħu azzjoni fuqhom.

    Biex wieħed japprezza aktar id-deċiżjoni li jkollna Kummissarju għall-Istandards din id-deċiżjoni trid titqies fl-isfond  ta’ liġijiet oħrajn li għamel dan il-Gvern f’dan ir-rigward. Kien dan il-Gvern li neħħa l-preskrizzjoni għal materji ta’ korruzzjoni għall-politiċi. Kien dan il-Gvern li daħħal il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Kien dan il-Gvern li daħħal il-liġi tal-whistleblower. 

    Il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards tinkwadra ruħha f’dak imwiegħed fil-Programm Elettorali ta’ Ġunju 2017 fil-Kapitlu Numru 17 intitolat Gvern li jisma’, pajjiż li jiġġedded. Minkejja ‘l ħafna ħidma li saret fuq inizjattivi li jsaħħu t-trasparenza u l-governanza matul il-leġiżlatura 2013-2017 xorta nemmnu li għad fadal ħafna xi jsir. 

    Pajjiżna għandu istituzzjonijiet b’saħħithom. U qiegħed jiżbalja bl-ikrah min kontinwament qiegħed jipprova b’kull mod jimminahom. Il-Kostituzzjoni tagħna tiggarantixxi ċ-checks and balances neċessarji biex tissalvagwardja l-interessi tal-poplu u biex pajjiżna jiffunzjona tajjeb ħafna bħala demokrazija moderna. Dan m’għandu qatt ikun imfixkel. 

    Se nibqgħu impenjati li nsaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards huwa pass ieħor f’din id-direzzjoni.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0