Ċensu Moran

  • Nov 21, 2018 07:33
  • Miktub minn Chris Fearne

    Meta lbieraħ filgħodu, it-Tlieta 20 ta’ Novembru, waslitli l-aħbar tal-mewt tat-Tabib Ċensu Moran kont, u waqt li qed nikteb għadni, qed nattendi konferenza internazzjonali bit-tema WAR ON CANCER – Europe – The technological revolution and the future of patient engagement. Minkejja li b’xi mod, u kunsidrat kollox, l-aħbar tkun qiegħed qisek tistenniha, xorta waħda taħsdek. U hekk ġrali jien. Immaġinajt minnufih x’arja ta’ dieqa waqgħet fuq Raħal Ġdid b’mod partikolari, għax huwa sigriet magħruf li għal Ċensu Moran il-poplu ta’ Raħal Ġdid kien ewlieni fl-aġenda ta’ ħidmietu fil-professjoni medika u politika mifruxa fuq medda twila ta’ snin. Miegħu fl-istess dgħajsa martu Maggie, Alla jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem ukoll.

    Lil Ċensu Moran jien niddiskrivih b’erba’ kelmiet u li dwar kull waħda minnhom nista’ nikteb volum: Kollega, għalliem, mexxej u ħabib. Kien strumentali biex il-poplu Malti u Għawdxi llum, u dan ngħidu b’sodisfazzjon, igawdi minn sistema nazzjonali tas-saħħa li għandna biex inkunu kburin biha. Li ma kienx għall-pedamenti sodi li għalihom Ċensu Moran għandu jingħata kredtu kbir, kieku llum ma wasalnix fejn wasalna f’dan il-qasam. Lil Ċensu Moran l-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskrivih preċiżament dak li hu: wieħed mill-fundaturi tas-sistema nazzjonali tas-saħħa ta’ pajjiżna.

    Ċensu Moran tista’ faċilment issejjaħlu bħala l-punt ta’ referenza ewlieni tal-poplu tad-Distrett Elettorali li kien jirrappreżenta għal numru twil ta’ snin minn meta kien ġie elett għall-ewwel darba fl-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 1962, li għandu jingħad li kienu żminijiet diffiċli għall-Partit Laburista b’riżultat tal-kwistjoni politika-reliġjuża. Ċensu Moran kien fost dawk il-politiċi li poġġa lilu nnifsu quddiem is-suldati tal-azzar.

    Ċensu Moran ta spinta qawwija lill-qasam tal-kura fil-komunità. Il-professjoni tiegħu ta’ tabib tal-familja kienet tlaqqgħu ma’ kull problema li kien jiffaċċja l-poplu, b’mod partikolari l-poplu ħaddiem. Għalhekk kien strumentali biex ġew introdotti ħafna servizzi b’xejn fil-qasam tas-saħħa, servizzi li madankollu ma kienu jagħmlu ebda distinzjoni bejn min kien sinjur u min kien fqir jew mhux daqstant komdu. Fil-mira tal-ħsibijiet ta’ Ċensu Moran kien hemm dejjem dawk li jifilħu l-inqas. Ċensu Moran baqa’ jaħdem b’risq dan kollu sakemm baqgħet tagħtih saħtu.

    Fuq bażi personali tlift kollega fil-professjoni medika li mingħandu tgħallimt mhux ftit primarjament fil-bidu tal-karriera professjonali. Tlift ħabib kbir.

    Konvintissimu li ma nkunx żbaljat meta ngħid li Malta, u b’mod partikolari l-Partit Laburista, tilfu politiku li għandu jservi ta’ eżempju għal kull min qiegħed, jew jitħajjar jidħol, fil-ħajja politika.

    Strieħ fis-sliem li ċertament jixraqlek ħabib.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook