SOĊJALI... AKTAR DWAR REGĦBA... GIBRALTAR

  • Nov 29, 2018 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    SOĊJALI

    Wieħed ma jista’ bl-ebda mod jiċħad li l-gvern għamel ħafna, biex ma ngħidx minn kollox, ħalli jilqa’ u jtaffi għall-problemi soċjali li jeżistu fil-pajjiż, bħal ma jeżistu f’kull pajjiż. Il-mistoqsija dejjem tkun jekk irnexxilux f’dan l-impenn.

    Il-fatt hu li f’budget wara l-ieħor, ittieħdu miżuri ffokati bil-galbu u b’intelliġenza, ngħid jien, ħalli jintlaħqu miri soċjali preċiżi, li fil-firxa tagħhom kienu varjati.

    Nissuspetta madankollu li problema ewlenija f’dan kollu qed tkun din: minħabba t-tkabbir ekonomiku qawwi ħafna li ġarrabna fl-aħħar snin, il-problemi soċjali qed jiskattaw b’mod differenti minn qabel, mod li ma jistax jitbassar jew jitqies talli hu, peress li jkun ġdid għal kollox fis-soċjetà tagħna.

    Allura la l-gvern u wisq anqas iċ-ċittadini ma jagħrfu fil-ħin kif qamet problema soċjali ġdida li jeħtieġ tiġi konfrontata. Anqas u anqas ikun faċli f’sitwazzjoni hekk biex tiżviluppa f’qasir żmien l-għodod li bihom dan jista’ jsir.

    AKTAR DWAR REGĦBA

    Ħabib bagħat kumment dwar l-aħħar blogg fejn semmejt ir-regħba.

    Fakkarni f’rakkont ta’ Tolstoj (?) dwar dil-biċċa:

    Fil-Punent tal-Amerika meta dat-territorju kien qed jimtela’ b’nies ta’ wiċċ bajdani li riedu jakkapparraw l-art “battala” akkost ta’ kollox, kap tal-Indjani għamel wegħda lil wieħed minnhom. Kien lest jagħtih l-art kollha li jilħaq jiġri matulha mis-sebħ sa nżul ix-xemx, bil-patt li fl-aħħar irid jasal lura minn fejn telaq. Hekk għamel dak ta’ wiċċ bajdani u ġera kemm felaħ biex jakkapparra artijiet kbar.

    Tard wisq induna li x-xemx bdiet nieżla u li tbiegħed qatigħ minn fejn telaq. Bħal iddisprat ġera lura u tant tħabat li nfileġ u miet zobtu hekk kif wasal sal-punt tat-tluq.

    Qal il-kap tal-Indjani: L-art mela li kellu bżonn dal-wiċċ bajdani kienu s-sitt piedi li se nidfnuh fihom.

    GIBRALTAR

    L-aħħar skoss fil-fażi tan-negozjati dwar il-Brexit li għadha kemm intemmet inqala’ dwar Gibraltar. Il-gvern Spanjol qies li messha ngħatat aktar attenzjoni għall-pożizzjoni Spanjola dwar il-Blata, meqjusa mill-Ispanjoli bħala parti mit-territorju tagħhom. Bħal fil-każ tal-Irlanda, is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea kienet berdet il-kontroversji dwar dil-ħaġa.

    Issa Gibraltar se jispiċċa barra mit-teritorju tal-Unjoni u teorikament, trid tissaħħaħ il-fruntiera bejnu u Spanja.

    Mhijiex ħaġa żgura li l-kompromess tal-aħħar minuta li nstab se jibqa’ jgħodd fit-tieni fażi tan-negozjati, li suppost tittratta l-aktar dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni.

    Il-kwistjoni tista’ tolqotna mill-qrib. Apparti milli joqogħdu f’Gibraltar dixxendenti ta’ familji Maltin, ditti li jinsabu mwaqqfa hemm jitħajru jew le imorru f’imkejjen oħra, skont il-futur li jiġi deċiż għall-Blata.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook