Ġbir ta’ fondi

  • Diċ 12, 2018 12:18
  • Miktub minn Chris Fearne

    Is-somma ta’ flus ferm sabiħa li nhar il-Ħadd li għadda ġiet regalata lill-Partit Laburista fil-kampanja tiegħu Ġbir ta’ Fondi mhux biss timlijk bil-kuraġġ imma tagħtik ukoll sodisfazzjon. Sodisfazzjon għax somma bħal dik tfisser li l-poplu qiegħed japprezza ħidmet-il Partit Laburista fil-Gvern u qiegħed ikun rikonoxxenti lejh. Rikonoxximent rifless ukoll fil-fatt li l-ammont ta’ flus li qegħdin jinġabru qiegħed kull sena jisboq lil dik ta’ qabilha.

    U allura rrid li  mill-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament u anke personalment, ngħid GRAZZI lil dawk kollha li kkontribwew, lil dawk kollha li ħadmu bla heda biex din il-kampanja tkun għal darb’oħra suċċess.

    Li jimlijk bil-kuraġġ f’kampanja bħal din huwa l-fatt li tkun taf li bħal kull kampanja oħra ta’ ġbir ta’ fondi organizzata mill-Partit Laburista din kienet bażata fuq ‘il ftit mingħand ‘il ħafna. Bin-nies tagħna litteralment iħabbtu l-bibien u b’dawk li ma jintlaħqux b’dan il-mod ikunu huma stess li jew jiġu bid-donazzjoni tagħhom jew jagħmluha permezz tat-telefonati li jsiru fil-jum attwali tal-kampanja.

    Tħossok kommoss tisma’ l-kummenti waqt it-telefonati li tkun qed twieġeb. Faċilment tirrealizza kemm min ikun fuq in-naħa l-oħra tal-linja jkun qed jagħmel l-għotja tiegħu mill-qalb. L-entużjażmu li bih ikelmuk ikun evidentissimu.

    Jingħad x’jingħad minn min l-abjad irid isejjaħlu iswed u l-iswed isejjaħlu abjad, il-poplu qed jgħix il-prosperità li nisslet il-politika ta’ amministrazzjoni Laburista. Inħoloq il-ġid u dan qed jitqassam. It-tqassim tal-ġid mhux bilfors ikun wieħed finanzjarju dirett, bħalma huma ż-żidiet fil-benefiċċji soċjali, benefiċċji li jvarjaw minn Children’s Allowance għal żjidiet regolari ta’ kull sena fil-pensjonijiet. 

    Il-fatt li nħolqu daqstant opportunitajiet ta’ xogħol, tant li llum  il-problema mhix in-nuqqas ta’ xogħol imma in-nuqqas ta’ ħaddiema biex ilaħqu ma’ dan nix-xogħol, ukoll huwa tqassim tal-ġid. Li tipprovdi Childcare b’xejn u allura ħafna nisa reġgħu lura, jew daħlu għall-ewwel darba, fid-dinja tax-xogħol huwa wkoll ta’ tqassim ta’ ġid. L-istabilità fil-pajjiż wkoll hija tqassim ta’ ġid. Il-livelli għoljin fl-oqsma tal-edukazzoni u s-saħħa wkoll huma tqassim ta’ ġid. L-istabilità fil-prezzijiet ta’ affarijiet essenzjali bħalma huwa l-fuel, l-elettriku, il-gass fost oħrajn hija wkoll tqassim ta-ġid. Kollha huma affarijiet li finalment kollha jfissru aktar flus fi bwiet il-poplu.

    Partit politiku bħalma huwa tagħna jeħtieġ flejjes kbar biex jitmexxa, b’mod partikolari biex ikun jista’ jwassal il-messaġġ politiku tiegħu lill-poplu. Dawk huma spejjeż regolari li magħhom imbagħad tkun trid iżżid dawk għall-kampanji elettorali bħalma hija dik li dalwaqt tkun magħna u li tikkonċerna l-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u dawk tal-Parlament Ewropew.

    U allura meta tara lill-poplu jikkonkorri bil-mod li kkonkorra l-Ħadd li għadda bilfors timtela’ bil-kuraġġ u bis-sodisfazzjon.

    Irrid nieħu din l-okkażjoni biex ningħaqad mal-Mexxej Laburista u Prim Ministru Dr Joseph Muscat u nappella biex inkunu ġenerużi fl-okkażjoni ta’ L-Istrina b’risq il-Community Chest Fund, l-aħħar waħda taħt il-presidenza tal-Eċċellenza Tagħha l-President tar-Repubblika Marlie-Louise Coleiro Preca. Imma dwar dan nilħqu nitkellmu aktar ‘il quddiem.

    Mill-ġdid, GRAZZI mill-qalb f’isem il-Partit Laburista għall-għotja tagħkom tal-Ħadd li għadda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook