MIGRAZZJONI

  • Diċ 20, 2018 08:26
  • Miktub minn Alfred Sant

    MIGRAZZJONI

    Daqskemm is-27 tal-Ewropa żammew l-għaqda dwar il-Brexit, daqshekk ieħor ma żammewhiex u mhux qed juruha dwar il-migrazzjoni. Il-pjani jew proġetti biex ifasslu politika komuni dwarha għadhom maqbuda f’diżgwid u f’rifjuti, li mid-dehra qed ikopru wkoll issa kif il-Frontex għandha tissaħħaħ. Dwar riforma fil-ftehim ta’ Dublin – speċjalment dwar fejn jinżammu jew jibqgħu r-refuġjati meta jaslu fl-Unjoni Ewropea – ma hemm l-ebda tama ta’ xi soluzzjoni raġonevoli fil-futur qarib.

    Turija ta’ kif l-affarijiet spiċċaw staġnati toħroġ mill-mod kif l-istati membri allinejaw ruħhom dwar il-Patt tal-Ġnus Magħquda dwar il-migrazzjoni – inizjattiva li fil-bidu tagħha kellha l-appoġġ tal-Unjoni. Pajjiżi membri ffirmawh, oħrajn le, bi gvern wieħed – tal-Belġju – li nqasam dwar x’għandu jagħmel u kkollassa. Issa l-Patt hu wieħed li ma jikkonstrinġi lil ħadd.

    Qam l-argument li fi ħdan l-Unjoni għandu jinstab xi forma ta’ qbil fuq il-migrazzjoni permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, jiġifieri bla unanimità. Din ma tkunx soluzzjoni tajba. 

    REPUTAZZJONI

    L-imprendituri fil-qasam tal-imħatri bl-internet wissew dan l-aħħar biex pajjiżna joqgħod attent dwar ir-reputazzjoni tiegħu. Mid-dehra l-aktar li riedu jirreferu kien għall-biża’ li niġu wisq assoċjati internazzjonalment ma’ ħidmiet li bihom isir il-ħasil tal-flus.

    Ikolli nammetti li rajt din it-twissija bħala ironika għall-aħħar. Għalkemm dejjem qgħadt lura milli nitkellem ċar, sa mill-bidu nett li l-gvern Nazzjonalista tas-snin disgħin tas-seklu l-ieħor ippromwova l-attività tal-imħatri bl-internet, xejn ma qiest li dan kien żvilupp mill-aqwa. Li Malta ssir l-Atlantic City tal-Mediterran għal-logħob tal-ażżard kienet se ġġib il-flus lejna imma wkoll il-perikli tal-kriminalità organizzata, fost problemi oħra. 

    U issa l-istess “industrija” li twassal għalihom, qed twissina dwarhom.

    ĦITAN TAS-SEJJIEĦ

    Dnub li Malta ma kinitx wieħed minn dawk il-pajjiżi Mediterraneji li pperswadew lill-UNESCO tiddikjara li l-ħitan tas-sejjieħ tagħhom huma parti mill-patrimonju tal-umanità. Bħal f’dawn il-pajjiżi, l-ħitan tas-sejjieħ ħolqu dehra li tiddefinixxi l-karattru tal-pajżaġġ Malti, b’għelieqi li jittarġu ’l isfel lejn il-widien.

    Jidher li lil hinn minn din id-dehra li hi partikolari għall-Mediterran, kieku ma kienx għal dawn il-ħitan, kieku l-ħamrija li tinsab fil-gżejjer tagħna kienet tispiċċa xkupata ilu ħafna għal ġol-baħar. Għalkemm jidhru mibnija bit-teftif, kien hemm snajja sħaħ, mgħallma matul is-sekli, biex mill-ġebliet miġbura fuq xulxin jissawru ċinturini li jżommu l-ħamrija f’postha.

    Fi żminijietna, dawn il-binjiet ftit apprezzajnihom. Minflokhom anke bnejna ċnut ta’ ċnagen imkaħħla.

    Snin ilu, bħala ministru tal-ambjent, Dr George Vella kien vara proġett maħsub biex jindokra l-ħitan tas-sejjieħ li għadhom f’posthom u biex jerġa’ jtella’ dawk li kienu tħallew irvinati. Kemm kellu raġun f’dan! 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook