Rigali tal-aħħar... Gift vouchers u Gift Cards

  • Diċ 20, 2018 18:18
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Qabel xejn, nixtieq li ngħati l-awguri tiegħi għal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena lill-qarrejja kollha.  

    Il-Milied magħna u l-aktar ħaġa li tkun f’moħħna huma r-rigali.  Hemm min jaħseb kmieni u hemm min iħalli għall-aħħar.  Biss anki dawk li jaħsbu kmieni, ħafna drabi, jibqgħalhom lil xi ħadd li ma jafux x’ser jaqbdu jagħtuh.  Ħafna minn dawk li jħallu għall-aħħar jew li ma jafux x’rigal ser jagħtu fl-aħħar jaqgħu biex jagħtu gift vouchers jew gift cards.

    Jekk ikun xi ħadd tal-familja, personalment nemmen li l-aħjar tagħtih flus.  Ir-raġuni hi li l-flus m’għandhomx kundizzjonijiet marbutin magħhom u għalhekk iħallu lil dak li jirċevihom fil-liberta’ kollha.  

    Għall-oħrajn, ħafna drabi naqgħu għall-gift vouchers u l-gift cards.  Dan għaliex dawn isolvulna problema għax lil dak li jkun inkunu tajnih rigal li jista’ jaddattah għal dak li jixtieq.

    Biss sew il-gift vouchers u l-gift cards ikollhom kundizzjonijiet marbutin magħhom.  L-aktar ħaġa li jrid jiftakar min irċieva r-rigal hu li l-gift vouchers u l-gift cards qieshom flus.  Ġeneralment ma jkunux marbuta ma’ persuna partikolari u għalhekk il-proprjetarju hu dak li għandu l-voucher jew card.  Dan ifisser li jekk jien ikolli voucher jew card u din nitlifha, ħafna drabi ma nkunx nista’ nerġa’ nikseb oħra, għaliex min saba jkun jista’ jsarrafha.  Hemm vouchers li jkollhom l-isem ta’ min ser jirċievi l-voucher.  Minn dan l-aspett dawn jistgħu jissarrfu biss mill-persuna li jkollu ismu miktub fuq il-voucher.

    Jekk nibdew bil-gift vouchers naraw li hemm żewġ tipi – dawk li joħorġu minn ħanut wieħed u oħrajn li jkollhom magħhom marbutin numru ta’ ħwienet.  Dawk tal-aħħar, għandhom vantaġġ għaliex jagħtu aktar għażla peress li hemm numru ta’ ħwienet imdaħħlin fl-iskema.  B’hekk jekk lil min tajt il-voucher ma’ jogħġbu xejn minn ħanut wieħed jista’ jmur u jagħżel minn xi ħanut ieħor li jkun hemm fuq il-lista.

    Il-card għandha vantaġġ li din tkun tista’ tissarraf mingħand kull ħanut li jkun jaċċetta ħlas mingħand id-ditta li tkun ħarġet il-card.  

    It-tieni kundizzjoni ġenerali li tgħodd għal kull voucher jew card hi li għandha time limit.  Dan ifisser li jekk ma min ħareġ il-voucher jew card ma jkunx irid iġedded, dawk  il-flus fil-voucher jew card li ma jkunux intużaw sad-data tal-għeluq, jintilfu. 

    Hemm min ikun lest li jġedded id-data tal-għeluq sakemm tħallas is-somma li tkun stabbilita.  

    Hemm aktar kundizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-voucher jew card.  Ġeneralment dawn ikollhom kundizzjonijiet li min jirċievi l-voucher jew card ikun jista’ jikseb.  Għalhekk jekk tirċievi xi card jew voucher, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hi li taqra il-kundizzjonijiet u tpoġġiha x’imkien fejn ma tintilifx.  

    Il-kundizzjonijiet normalment ma jkunux aktar minn żewġ paġni u jkunu miktuba b’mod li jinftihem.  

    Meta xi ħadd jaqra dawn il-kundizzjonijiet mal-ewwel jittendi li hemm numru ta’ kundizzjonijiet li mhux ġusti.  

    Hemm tliet kundizzjonijiet li nħoss li l-aktar mhumiex ġusti.  L-ewwel hi t-time limit.  Dan għaliex dawn teknikament huma flus u l-flus m’għandhomx time limit.  Dan għaliex il-valur proprju tal-voucher u tal-card ikollu valur stabbli fis-sens li jekk jitilgħu l-prezzijiet, min għandu l-voucher jew card ikun jista’ jixtri anqas.  Barra minhekk, l-ispejjeż involuti jkunu tħallsu u min qed joħroġ dawn il-vouchers jew cards ma jkun qed jitlef xejn jekk ma jkunx hemm time limit.  L-unika ħaġa li jitlef hu l-qligħ inġust li meta tiskadi l-voucher jew card ikun għamel mingħjar ma ta xejn lura.

    It-tieni kundizzjoni li nħoss li mhux ġusta hi li dawn il-cards ma tistax iżżid flus magħhom.  Għalhekk jekk int tirċievi card ta’ ħamsin Euro u tonfoq €48 ikun diffiċli li tixtri xi ħaġa b’żewġ Euros u għalhekk dawn jintilfu u jmorru f’but min ħareġ il-card.  F’dan il-każ il-kumpanija li tkun ħarġet il-card, tkun qed jaqla’ qligħ inġust.  Skema tal-vouchers li rajt għandha kundizzjonijiet li huma ftit differenti għaliex tagħtik il-faċilita’ li żżid flus ma’ dak li jkun baqħalek biex tixtri oġġett.  Biss hemm kundizzjoni oħra li tgħidlek li tal-ħanut jista’ ma jaċċettax. 

    Biss l-aktar kundizzjoni inġusta hi li tgħid li min ħareg il-voucher jew card jista’ jbiddel il-kundizzjonijet meta u kif irid.  F’kelma oħra, qed ngħidu li hu l-konsumatur biss li hu marbut għax min qed joħroġ il-voucher jew card, mhux marbut li jibdel il-kundizzjonijiet meta u kif jaqbillu.

    Għalhekk il-parir tagħna hu li meta taqla’ xi gift voucher jew gift card ipprova sarrafha kemm jista’ jkun malajr u pprova ixtri xi ħaġa li jkollha l-istess valur tal-voucher jew card.  B’hekk tkun ċert li tkun ħadt il-valur tar-rigal li tkun qlajt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook