Identità

  • Diċ 27, 2018 08:20
  • Miktub minn Alfred Sant

    Matul diskussjoni bħala parti minn kors tal-public policy fl-Università, li ħadt sehem fiha, tajna ħarsa lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-governanza fil-pajjiżi żgħar.

    Il-kummenti li għamlu l-istudenti kienu ta’ kwalità tajba ħafna. Il-problemi li jinqalgħu minħabba l-fatt li bħala stat ċkejken xorta trid tlaħħaq ma’ materji mifruxa u komplikati daqs tal-kbar kienu f’moħħna lkoll. U qamet il-mistoqsija dwar jekk pajjiż ċkejken jaqbillux ikun parti minn entità akbar.

    Hawn tqajjem il-punt: li dal-pajjiż ċkejken ikollu l-lingwa u l-kultura tiegħu se jkunlu ta’ ġid jew ta’ tfixkil? Bqajt sorpriż kif maġġoranza tal-istudenti qiesu li fattur hekk ikun ta’ ġid. Pajjiż ċkejken li jkollu l-identità kulturali – spiritwali, jekk trid – tiegħu se jkun jista’ jkampa ħafna aħjar minn pajjiż ċkejken ieħor li jinsab mingħajrha. Konklużjoni kurjuża fi żmien meta l-kosmopolitaniżu jingħata ħafna tifħir.

    ***

    MERĦBA

    Il-messaġġ dan l-aħħar tal-Imħallef Degaetano ħaqqu merħba. Jekk fhimt tajjeb, fih semma l-ħtieġa li meta jagħmlu l-inkjesti tagħhom, il-maġistrati inkwirenti għandhom jingħataw mezzi tagħhom b’poteri “eżekuttivi” u tassattivi ta’ investigazzjoni.

    Illum bilfors nilqa’ dan l-intervent ukoll b’doża ta’ ironija. Fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter, aktar issa minn għoxrin sena ilu, bħala gvern Laburista konna għamilna dik il-proposta u tlaqna biex inwettquha wara konsultazzjoni wiesgħa.

    Tal-PN ma ridux jafu. Allajbierek, ir-rappreżentanti tal-ġudikatura u tal-professjoni legali sabu l-oġġezzjonijiet kollha biex il-proposta ma titwettaqx. Kienet tmur kontra s-sistema ta’ kif f’Malta jitmexxew il-funzjonijiet tagħhom, qalu. Din ma kienet xejn ħlief skuża biex l-affarijiet ma jintmessux.

    Tieħu gost tinnota kif l-affarijiet bdew jiċċaqalqu. Xorta tqum il-mistoqsija: x’wassal biex idumu ċassi daqstant u biex jibdew jiċċaqalqu issa issa?

    ***

    DWAR KOTBA

    Is-sitwazzjoni tal-ktieb f’pajjiżna tjiebet fl-aħħar żminijiet, u mhux biss għax baqa’ jikber in-numru ta’ publikazzjonijiet. Fuq quddiem, hemm il-punt li l-Kunsill tal-Ktieb baqa’ jieħu inizjattivi ġodda biex iqajjem kuxjenza dwar il-qari u l-kotba Maltin. Kull ma jonqsu jagħmel hu li jsib post aktar konvenjenti fejn jorganizza ta’ kull sena l-festivall tal-ktieb.

    Ukoll fil-midja stampata reġa’ beda dieħel post għal taħdit sistematiku dwar kotba ġodda jew le. Fl-aħħar snin, b’kuntrast ma’ x’jiġri f’gazzetti Ewropej u Amerikani, ta’ Malta kienu qed jinjoraw għal kollox il-publikazzjonijiet li joħorġu. Talanqas dil-ħaġa bdiet tinbidel, għalkemm mhux sistematikament.

    Fejn l-affarijiet għadhom brodu hu fil-qasam tad-distribuzzjoni. Anzi ħżienu.  Jekk tneħħi żewġ emporja kbar, issib li ħwienet fil-bliet u fl-irħula li qabel kien ikollhom għażla varjata ta’ kotba, llum jew m’għandhomx xejn jew jinsabu maqbuda b’għażla waħda limitata sew. Dnub.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook