Sena deċiżiva?

  • Diċ 31, 2018 09:16
  • Miktub minn Alfred Sant

    L-2019 se tkun sena deċiżiva għall-Ewropa? Hekk qed juru uħud mis-sinjali.

    M’aħniex qed nitkellmu fuq xi rtirati kbar. Lil hinn mill-Brexit, anke jekk dwar kif din se tkun solvuta xejn ma għadu ċert sal-lum, l-irtirati ma jidhrux li se jqanqlu wisq l-aġenda.  

    L-akbar sfidi se jitqanqlu dwar jekk iva jew le, l-Unjoni Ewropea tistax tagħti tweġibiet koerenti għall-mistoqsijiet dwar l-operat tagħha. Dwar l-immigrazzjoni u dwar l-awsterità... M’hemmx għalfejn ngħidu li t-tnejn jibqgħu kruċjali għal kif l-Unjoni se tiftiehem bħala forza għall-aħjar jew għall-agħar miċ-ċittadini tagħha.

    Imma mill-ġdid: lil hinn minn hekk: Kif se tagħmel l-Unjoni Ewropea ħalli ssib l-appoġġi ta’ għaqda fi ħdanha biex tkompli twettaq il-kontrolli fit-tmexxija ekonomika taż-żona tal-ewro? – u biex tagħmel dan mingħajr ma tkompli titlef mir-rikonoxximent li gawdiet fl-imgħoddi bħala pilastru tas-solidarjetà soċjali?

    *** 

    TSUNAMI

    Iċ-ċaqliq tal-art, il-volkani li jiżbroffaw, il-mewġ enormi ta’ ilma baħar li javvanza minn kullimkien... huma katakliżmi li seħħew u għadhom iseħħu fl-Indoneżja fl-aħħar snin u li setgħu jseħħu fil-Mediterran fl-istess żmien. Qed ibassru li fenomeni hekk x’aktarx se jkomplu jinqalgħu.

    Għandna nibqgħu kkakkmati quddiem dawn id-diżastri maħluqa min-“natura”? Għandna nistennewhom jaħqruna b’rassenjazjoni? Għandna naraw kif se nevitawhom, nikkumbattuhom?

    Fil-każ tal-Mediterran, hu mistenni li tsunami se jinħoloq meta parti mill-muntanja Etna tikkollassa. Il-lava jikwi jinbela’ mill-ilmijiet, joħloq mewġ enormi li jiknes kollox quddiemu.

    Tliet mitt sena jew aktar fil-futur min rah? Inħallu lid-dixxendenti tagħna jaffaċċjaw dad-diżastru... jew inħejju għalih minn issa? Maġġoranza fostna se tgħid: ta’ warajna jieħdu ħsieb problema li se taffettwa lilhom mhux lilna...

    ***

    PRESEPJI TAN-NADUR

    Rajt numru ta’ presepji li taw xhieda, aktar minn kollox, ta’ ħidma ppjanata minn qabel, ta’ kreattività soda, ta’ impenn fil-ħidma organizzattiva li trid titwettaq. Inħadmu minn żgħażagħ entużjasti fil-familji, minn għaqdiet volontarji u minn artisti u artiġġjani ta’ kalibru.

    Ma kinitx l-ewwel darba li bqajt impressjonat b’li urewni fin-Nadur u f’irħula oħra Għawdxin. Fuq kollox, hemm ċerta kburija umli fil-preżentazzjoni ta’ dawn il-wirjiet li żżid mal-gost tal-ispettatur. Hu jibqa’ bis-sentiment li l-wirja qed issir bi sforz kbir biex tpaxxih u tissorprendih, tqajjimlu l-interess, tagħtih sehem aqwa... aktar personali u dirett...fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena.

    Nibqa’ niftakar dak li qalli żagħżugħ quddiem il-presepju kbir li werieni u li bena għal dis-sena: fissirli dwar il-presepju li biħsiebu jfassal u jibni għas-sena d-dieħla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook