GĦAWDEX U L-MINA

  • Jan 07, 2019 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    GĦAWDEX U L-MINA

    L-istħarriġ tal-opinjoni li sar sa issa jgħid li maġġoranza kbira ta’ Għawdxin jemmnu li mina bejn Għawdex u Malta tkun żvilupp meraviljuż. Naqbel ma’ dawk li jgħidu li trid tara kif tpoġġew il-mistoqsijiet tal-istħarriġ li sar, għax dak jiddetermina kif se tkun ir-risposta.

    Is-sentiment f’Għawdex favur il-ħolqien tal-mina qed jingħata sostenn mill-gvern, li wiegħed li se jibniha. 

    Allura dawk bħali li ma jemmnux li dal-bini se jkun ta’ benefiċċju għal Għawdex imma bil-maqlub, jistgħu jgħidu tagħhom, mingħajr ma jfixklu t-tħaddim ta’ deċiżjoni li se titwettaq.

    Tajjeb li wieħed ikompli jsostni allura, kif l-istudji li saru tal-impatti tal-mina għad jonqoshom ħafna irfinar. L-idea kollha kemm hi qatt ma ġiet ittrattata sa issa b’mod rigoruż, li jfittex kif b’mod xjentifiku, iqis x’hemm ta’ ħażin, u tat-tajjeb fil-proġett kollu kemm hu.

    PARLAMENT EWROPEW

    Kont f’riċeviment ma’ nies li fl-aħħar snin tawni għajnuna materjali kbira fit-tmexxija tax-xogħol minn Malta tal-Parlament Ewropew. Erġajt sħaqt fuq il-ħtieġa li l-parlamentari Ewropej Maltin – ikunu ta’ liema partit ikunu – jaħdmu qatigħ biex iwasslu fost iċ-ċittadini ta’ pajjiżna, għarfien aħjar ta’ x’qed jiġri fl-Unjoni Ewropea, mil-lat ta’ kif dan jaffettwa l-qagħda taċ-ċittadini f’pajjiżna.

    Għad hemm wisq nuqqas ta’ tagħrif, wisq misinformazzjoni dwar hekk. Mhux biss fost iċ-ċittadini “komuni”, imma anke fost oħrajn li mitqiesa ta’ stoffa aqwa. 

    Vantaġġ li għandu l-Parlament Ewropew hu li minkejja li l-poteri tiegħu nzertaw limitati ħafna, fl-istess ħin għandu mezzi qawwija sew kif jiddobba informazzjoni u analiżi dwar xi jkun għaddej fis-saffi kollha tal-Unjoni Ewropea, minn barra u minn ġewwa.

    Dan jagħti lill-parlamentari Ewropej ta’ Malta u tal-membri l-oħra tal-Unjoni, riżorsi tajba ħafna biex juru liċ-ċittadini ta’ pajjiżhom, kif l-affarijiet qed jiżviluppaw. Riżorsi bħal dawn għandhom jintużaw bl-akbar reqqa u persistenza.

    FL-ATLANTIKU

    Kurjuża l-istorja ta’ kif immigranti rregolari u refuġjati qed jipprovaw jaqsmu bid-dgħajjes, il-kanal “dejjaq” bejn ir-Renju Unit u Franza fi sforz iddisprat biex “jemigraw” lejn ir-Renju.

    Rajtha luċida u interessanti rimarka tal-ministru Ingliż ikkonċernat b’dan l-iżvilupp: Minn naħa, il-gvern Brittaniku jrid isaħħaħ il-kontrolli tiegħu fuq min jidħol u joħroġ fil-pajjiż. Mill-oħra, irid jiżgura li pajjiżu se jibqa’ josserva l-liġijiet Ewropej, issa dinjija, li jħarsu d-drittijiet fondamentali tal-bniedem. Pajjiż wara l-ieħor, Malta inkluża, ġie ffaċċjat b’din id-dilemma li għal xi żmien, donnha kienet qisha tinqala’ biss fil-Mediterran. 

    Jidher li l-istess problema laqtet issa l-Atlantiku. X’miżuri se jitħaddmu biex dawn l-immgranti llegali jitħallew jidħlu, jew le, fir-Renju Unit?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook