Aktar dwar rimedji

  • Jan 14, 2019 15:12
  • Miktub minn Alfred Sant

    Fl-istess ġimgħa li ktibt hawn dwar in-nuqqas ta’ rimedji għal min jinħaqar b’xi inġustizzja jew inizjattiva publika li ġġib magħha ċerti danni, kitbitli persuna dwar problema tagħha.

    Il-gvern in parti b’fondi Ewropej, tellaq proġett biex itejjeb il-passaġġi f’medda għelieqi. Waqt li l-proġett twettaq, il-gandotti li minnu kien jiskola l-ilma tax-xita ngħalqu. Malli ġiet ix-xita, art li kienet qed tinħadem minn dil-persuna faret bi gliegel tal-ilma. Naddfuha mill-ħamrija li kellha. Intilef kull ma kien inżera’ u l-medda ma tistax tintuża.

    Ta’ xejn dil-persuna pprovat issib rimedju għal li sarilha. Iċċekkjajna jekk setgħetx titlob l-intervent tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn assigurawna li ma kellhom l-ebda responsabbiltà għat-twettiq materjali tal-proġett. Ir-responsabbiltà kienet ta’ Malta.

    Mhux sew li dil-persuna tħalliet imdendla.

    ***

    UMANITARJA

    Il-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu ttratati immigranti rregolari salvati – jekk dik hi l-kelma t-tajba – mill-għarqa fil-baħar titpoġġa qisha kienet waħda ta’ bejn tliet partijiet. Il-parti tal-immigranti li jintelqu bid-dgħajjes biex jaqdfu lejn l-Ewropa. Dik tal-għaqdiet NGOs li jagħmluha tas-Sammaritani billi “jsalvaw”hom. U dik tal-gvernijiet tal-istati fejn l-NGOs iridu jwasslu lill-immigranti.

    Jintqal li effettivament il-kriżi hi waħda umanitarja, anke jekk għandha elementi legali, u tirrigwarda biss dawn il-partijiet. L-istati konċernati jridu jaċċettaw ir-responsabbiltà umanitarja.

    L-argument jidhirli fażull mill-bidu sal-aħħar. L-isfida umanitarja mhijiex biss dik li tiftaħ il-portijiet għall-immigranti. Hi li tipprovdilhom ukoll fejn jgħixu u biex jgħixu. Jekk hi sfida umanitarja, tirrigwarda effettivament lil kulħadd.

    Legalment, hu forsi minnu li aktar tirrigwarda lil min jinsab geografikament qrib il-ġrajja, imma l-implikazzjonijiet legali huma ħafna usa’ minn hekk.

    Meta l-istati taċ-ċentru tal-Mediterran jiċħdu li l-piż umanitarju u legali għall-immigrazzjoni rregolari jaqa’ fuqhom biss għandhom raġun.

    ***

    L-ITALJA U R-REGOLI

    Qamet kontroversja sħiħa meta l-gvern Taljan approva baġit għal dis-sena b’żidiet fil-pensjonijiet u fil-għajnuniet soċjali u b’miżuri oħra li jfissru aktar spejjeż. Dan kien se jisplodi d-defiċit tal-gvern u jmur kontra r-regoli taż-żona tal-ewro.

    Bħala gwardjana tar-regoli, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet kontra. Wara negozjati, instab kompromess. Il-gvern Taljan kellu jipposponi bi ftit it-twettiq tal-miżuri tiegħu u jdum aktar biex iwettaqhom. Naqqas fi spejjeż oħra u se jbigħ assi tal-istat biex jimla l-ħofra li se tinħoloq.

    Il-Kummissjoni qablet li għalissa, r-regoli taż-żona tal-ewro qed ikunu rispettati. Il-viċi President tal-Kummissjoni Dombrovskis qal madankollu li l-Italja pposponiet il-problema għas-sena d-dieħla.

    Sadattant, ġie nnotat li biex inaqqas mill-ispejjeż, il-gvern Taljan kien sempliċement qata’ min-nefqa kapitali, dik jiġifieri li biha l-gvern jinvesti fil-pajjiż. Bħalu u qablu, dan kienu għamluh oħrajn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook