L-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

  • Jan 21, 2019 13:07
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Bħalma semmejt fl-aħħar artiklu tiegħi, wieħed mill-avvenimenti importanti ta’ din is-sena ser ikunu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.  Għal xi wħud dawn jistgħu jidhru li mhux importanti.

    Dan il-grupp, nistgħu naqsmuh fi tnejn.  Hemm dak il-grupp li ma jarax sens li aħna nkunu fl-Unjoni Ewropea.  Lil dan il-grupp, għalkemm żgħir, il-messaġġ tiegħi hu wieħed.  L-ideali huma sbieħ, iżda r-realta’ hemm qegħda u rridu jew ma rridux hemm ser tibqa’.  Illum, qegħdin ġol-Unjoni Ewropea.  Jekk xi ħadd għadu joħlom li nistgħu noħorġu, ngħidlu ħares lejn Brexit.  Mhux biss ġabet taqlib kbir fir-Renju Unit, iżda l-ispiża li ser tiġihom hi fenominali.  It-taqlib li ġabet illum ħoloq inċertezza f’kull aspett tal-ħajja.  Ma ninsewx li llum, l-Unjoni Ewropea (UE) mhix biss żona ta’ kummerċ ħieles, iżda għaqda ferm akbar li llum qed tidderminana ħajjietna minn kull aspett. 

    Barra dan Brexit ħolqot inċertezza tal-kummerċ tar-Renju Unit.  Innutaw kemm hemm kumpaniji li s-suq tagħhom hu l-Ewropa.  Dawn qed jaraw kif ser jintlaqtu u kif jaraw li jistgħu jintlaqtu ħafna ħażin, qed jaraw fejn idabbru rashom ġo pajjiż tal-UE.  Issa jekk id-daqqa ta’ Brexit hi daqshekk qawwija fuq ir-Renju Unit, li għandha ekonomija l-aktar vibranti fl-Unjoni Ewropea, aħseb u ara kif iġibuna lilna.  Hemm ħafna fl-Ewropa li jixtiequ li l-Malta jġibuha Pantallerija oħra fejn ħlief sajd u biedja m’għandekx.  Ma nemminx li hawn xi ħadd f’Malta li jixtieq hekk. 

    Għalhekk dan il-grupp irid jifhem li la aħna qegħdin fl-UE, hemm ser nibqgħu.  Issa li rridu nagħmlu hi li naraw li nkunu f’pożizzjoni tajba biex nieħdu l-vantaġġi li hemm filwaqt li nnaqqsu l-impatt negattiv.  Dan jista’ jsir biss billi naraw li r-rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew huma nies li jaħdmu għal dawn l-għanijiet.

    Il-grupp l-ieħor hu dak li jaraw lill-UE ‘l bogħod u għalhekk jemmnu li mhux importanti.  Bħal ma diġa’ semmejt, illum l-UE tidħol f’kull aspett tal-ħajja tagħna.  Jekk naraw il-liġijiet li jgħaddu mill-Parlament, naraw li ħafna minnhom huma liġijiet li jġibuna konformi mar-regoli tal-UE.  Li nkunu konformi mhux xi ħaġa ta’ għażla, iżda obbligu.  Għalhekk dak li jgħaddi mill-UE ser jgħodd għall-Malta wkoll.  Hu għalhekk li rridu nipparteċipaw fil-proċessi tal-Unjoni biex dak li jgħaddi fl-UE jkun jgħodd għalina.  Jekk ma nagħmlux hekk, ser insibu ħafna intoppi fil-futur u nsibu li minflok inkunu f’komunita’ kompatibbli magħna, irridu nibdlu ħajjitna biex niġu konformi magħhom.  Hu minħabba f’hekk li nemmen li kulħadd għandu jivvota.

    Għalkemm għandek ħafna nies li jaraw din l-elezzjoni bħala prova għall-partiti politiċi tagħna, kif semmejt, hi aktar importanti milli sempliċiment test tal-partiti.  Hu għalhekk li rridu naraw kif ser nagħżlu l-kandidati l-aktar tajba.  Biex naslu għal dan nemmen li jrid ikollna għanijiet.  Għalija hemm tliet għanijiet li rridu nilħqu – nies li jħarsu l-interess ta’ Malta, nies li jaraw li r-rwol tagħhom hi li nagħtu direzzjoni lill-UE, u t-tielet għan hu li jkollna Kummissjoni Ewropea mmexxija minn nies li jaqblu mal-prinċipji tagħna. 

    Nies li jħarsu l-interessi ta’ Malta.  L-interessi ta’ Malta huma l-interessi tal-Maltin kollha u mhux ta’ partit politiku.  L-interessi tal-partiti politiċi narawhom fl-arena lokali u mhux fil-livell Ewropew.  Hemm irridu naħdmu bħala pajjiż.  Ma ninsewx li aħna l-iżgħar pajjiż u diġa’ qegħdin f’iżvantaġġ minħabba ċ-ċokon tagħna u għalhekk is-saħħa tagħna hi limitata.  Hu għalhekk li rridu naħdmu flimkien.  Ma narax post nies li jinsew dan u bl-azzjonijiet tagħhom jagħmlu ħsara lil Malta.

    Bħal ma ġieli semmejt, meta ssir ħsara lil Malta, din tolqot lil kulħadd.  L-ewwel u l-akbar daqqa jeħduha dawk b’edukazzjoni universitarja.  Dan għaliex dawn ħafna drabi jaħdmu f’industriji l-aktar sensittivi bħal ma huma s-setturi tal-finanzi, tal-gaming, u llum tal-IT.  Dawn jieħdu l-ewwel daqqa għaliex ħsara lil Malta tirrifletti fuqhom.  Id-dubji li diga’ nħolqu bl-isforzi li saru biex Malta tiġi mpinġiha bħala pajjiż korrott, intefa l-aktar fuq dawn iż-żgħażagħ.  Din jaraha kull min ikollu x’jaqsam mal-Ewropej.  L-ewwel ħaġa li tara hu dubju.

    It-tieni element hu dak li r-Rappreżentanti tagħna jridu jaħdmu biex jagħmlu UE li tkun post fejn il-Maltin ikunu komdi mhux biss fil-ħajja iżda wkoll fuq il-prinċipji.  Hu għalhekk li rridu Ewropa li tkun soċjali, li tħares l-interessi taċ-ċittadini kollha.  Irridu UE li s-solidarjeta’ tkun prinċipju mhux biss tal-paroli, iżda tal-fatti.  L-immigrazzjoni hu fattur li llum ġab qasma kbira fl-Ewropa għaliex għandek pajjiżi, speċjalment dawk il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, fejn ma jridux jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom u jridu jħalluna nperrpru waħedna fil-maltemp.   ir-responsabilitajiet tagħhom u jridu iħalluna nperrpru waħedna fil-maltemp. iżi fejn ma jridux jerfgħu ħajja iżda wkoll fuq i

    It-tielet element hu li jkollna Kummissjoni Ewropea li tkun taqbel mal-għanijiet u l-ħtiġiet ta’ Malta.  Jekk inħarsu lejn l-aħħar żewġ Kummissjonijiet naraw li dawn kienu mmexxija min-nies li jemmnu li biex tmexxi l-affarijiet trid tmexxi b’awsterita’ fen l-aktar importanti hi li tgħolli t-taxxi bit-tama li ġġib liċ-ċittadini fejn trid.  Malta llum temmen li din it-tip ta’ politika ġġib tnaqqis fil-ġid, tkabbir tal-faqar u firda.  Jekk ma tgħallimna xejn dawn l-aħħar snin f’Malta kienet li din il-politika mhix tajba għalina.  Aħna rridu politika bbażata mhux fuq it-taxxi iżda fuq it-tkabbir ekonomiku.  Irridu naraw ukoll li min ser imexxi l-UE, irid ikollu viżjoni bħal tagħna.  Jekk naraw dawn l-aħħar snin l-UE waqgħet lura ħafna speċjalment fit-teknoloġija diġitali.  Irridu li min imexxi jkabbar l-UE, iżda mhux minħabba raġunijiet ġeopolitiċi biex inġibu lir-Russja f’rokna bħal ma għamilna dawn l-aħħar snin, iżda ndaħħlu pajjiżi li jistgħu jikkontribwixxu u mhux ifixklu it-tkabbir ekonomiku u l-paċi.

    Dawn il-prinċipji għalija ma japplikawx għan-nies ta’ partit politiku wieħed, iżda japplikaw għall-Maltin kollha għaliex ir-rappreżentanti jridu jaħdmu għal kulħadd. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook