Ewropa soċjali

  • Jan 24, 2019 19:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Kien hemm żmien mhux daqstant ilu, meta l-Unjoni Ewropea kienet mitqiesa bħala organizzazzjoni li tinsab fuq quddiem nett fid-difiża tal-valuri soċjali tas-solidarjetà. Kienu jqisuha hekk unjins u għaqdiet tas-soċjetà ċivili li kienu jsibu l-appoġġ tagħha fl-oqsma tas-servizzi soċjali, tal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema, tal-ambjent, tas-saħħa tal-familji u oħrajn. Mhux biss kienet tipproklama l-valuri imma wkoll tipproponi azzjoni fuq skala Ewropea għal kif jitwettqu.

    Illum, l-Unjoni tilfet ħafna mil-lostru soċjali li kellha. Għadha tipproklama l-valuri ta’ qabel. Madankolu fil-prattika – speċjalment fiż-żona tal-ewro – qed titħabat għal miżuri (u timbottahom) li għandhom konsegwenzi soċjali negattivi fuq ħafna nies.

    Dan mhux qed jiġri għax id-diriġenti Ewropej saru aktar ħorox u reazzjonarji milli kienu qabel. Qed jiġri għax il-miżuri ekonomiċi u finanzjarji li fasslu jagħtu l-aqwa importanza lill-istabbiltà finanzjarja f’soċjetà ta’ kummerċ ħieles. Qed jirnexxu f’hekk imma qed jiżirgħu fl-istess waqt iż-żerriegħa ta’ instabbiltà politika u soċjali.

    ***

    MAR-RENJU UNIT

    Ilna aktar minn żewġ sekli f’relazzjoni “privileġġjata” mar-Renju Unit – fis-sens li bħala kolonja u wara l-Indipendenza, l-ekonomija u l-aspirazzjonijiet tagħna kienu marbuta qatigħ ma’ dak il-pajjiż. F’kummerċ, industrija, turiżmu, investiment, edukazzjoni teknika u professjonali, migrazzjoni, normi ta’ tmexxija – kull pass li ħadna ta’ spiss kien jirrifletti influwenzi għat-tajjeb u għall-ħażin ukoll forsi, ġejjin mir-Renju Unit.

    Dawn baqgħu qawwija anke meta Malta daħlet membru taż-żona tal-ewro.

    Hemm ċans li fl-aħħar dil-qagħda tinbidel bil-kbir, jekk jitwettaq il-Brexit, ikun xi jkun, artab, iebes jew bla ftehim. Għall-ewwel darba, Malta se tkun mija fil-mija marbuta ma’ sistema ta’ tmexxija, dik tal-Unjoni Ewropea, li suppost se tkun distinta għal kollox minn dik tar-Renju Unit. Meta sekli ilu, ġara hekk mal-Italja, id-distanza tagħna minn dak il-pajjiż saret ħafna akbar minn dik ġeografika.

    *** 

    WOLVES

    Veru, meta ta’ kull ġimgħa, joħorġu r-riżultati u jsiru l-kummentarji, il-logħbiet tal-Wolverhampton Wanderers fil-lega Ingliża tal-futboll jingħataw attenzjoni sekondarja.

    Biss, għal xi ħadd tal-ġenerazzjoni tiegħi, id-dehra mill-ġdid tagħhom fl-aqwa kompetizzjoni mhi xejn ħlief mirakoluża. Qishom il-feniks li reġa’ qam u ħa l-ħajja mill-istess irmied tiegħu.

    Niftakruhom mal-aqwa, jekk mhux l-aqwa, dejjem b’ċans tajjeb li jispiċċaw iċ-champions. Flimkien mal-players tal-Manchester United u forsi Arsenal, bħala tfal, konna nsibu u nġemmgħu r-ritratti tal-membri tat-tim tal-Wolves fuq il-pakketti taċ-ċereali li tiekol filgħodu.

    Meta l-Wolves ġew relegati dejjem aktar ’l isfel, jien l-ewwel wieħed tlift kull interess fil-futboll Ingliż.

    Issa mod ieħor. Il-Wolves qed jilagħbu tajjeb. Is-sena d-dieħla jekk jibqgħu sejrin hekk, jerġgħu ikunu mal-aqwa, jekk mhux l-aqwa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook