Governanza

  • Jan 28, 2019 11:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Hu inkwetanti l-fatt li d-diskussjoni dwar il-governanza f’pajjiżna spiċċat iddominata minn interventi barranin ta’ nies b’aġendi opaki u dubbjużi.

    Għax kien hemm u għad hemm bżonn ta’ diskussjoni nazzjonali dwar kif nistgħu ntejbu l-prattiċi tat-tmexxija publika fil-pajjiż. Forsi se jintqal li dil-biċċa tkun tista’ ssir waqt il-konsultazzjoni li qed titħejja għal bidliet fil-kostituzzjoni. Jista’ jiġri hekk, għadilli jien wieħed minn dawk li m’inix konvint li l-kostituzzjoni teħtieġ xi ristrutturar qawwi. Aktar jeħtieġ nibdlu l-modi kif inħaddmu l-kostituzzjoni.

    Imma lil hinn minnha, il-governanza f’sens prattiku tal-kelma jeħtiġilha diskussjoni għaliha. Sa fejn għandha titwassal it-trasparenza u kif għandha titħaddem? Il-kontabilità?  Ir-responsabbiltà amministrattiva u politika? U dan kollu mingħajr ma tiġi affettwata l-effiċjenza jew jiġi paralizzat is-servizz publiku ...

    Kif għandu jitqies il-konflitt ta’ interess – fil-qafas ta’ soċjetà ċkejkna ħafna bħal ma hi tagħna? X’inhuma l-mezzi li jistgħu tassew jikkombattu l-korruzzjoni?

    Fi kwalunkwe diskussjoni bħal din, wieħed ikollu joqgħod b’seba’ għajnejn kontra r-rieda ħażina u l-biża’ mill-ġdid.

    ***

    F’AACHEN

    It-trattat li għadhom kemm iffirmaw Franza u l-Ġermanja biex isaħħu l-ħbiberija u l-koperazzjoni bejniethom ftit għandu miżuri ġodda u konkreti, anke jekk intqal li se jagħti rankatura akbar lill-ħidma militari li ż-żewġ naħat iridu jmexxu flimkien. It-trattat iġedded ieħor li kienu ffirmaw fis-snin sittin tas-seklu għoxrin.

    Biss qamet konsegwenza li ma naħsibx kienet mistennija. Numru sostanzjali ta’ Ewropej xejn ma għoġbithom l-idea li l-aqwa żewġ stati fl-Unjoni Ewropea jiftehmu bejniethom permezz ta’ trattat. Donnu li għalihom dil-ħaġa m’għadhiex familjari, m’għandhiex issir. 

    Raw it-trattat bħala ftehim maħsub biex bejniethom it-tnejn jaqblu minnn qabel dwar kif jirranġaw l-affarijiet fl-Unjoni Ewropea. Imbagħad il-bqija tal-membri jkollhom isegwu fil-passi tagħhom.

    ***

    OECD

    Sal-lum, ir-raġuni għadha mhix ċara f’moħħi għala Malta baqgħet mhijiex membru tal-OECD, l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp imwaqqfa snin twal ilu biex twettaq dak li jgħid isimha. Bdiet l-aktar bħala għaqda bejn stati Ewropej b’ekonomiji bbażati fuq is-suq ħieles; illum titqies bħala għaqda dinjija.

    L-amministrazzjoni ta’ Borg Olivier ftit wara l-Indipendenza – jekk qed niftakar tajjeb – kienet applikat biex tidħol fl-OECD. Imma l-biċċa jew twaqqfet jew qatt ma mxiet ’il quddiem. L-amministrazzjonijiet ta’ wara ma wrew l-ebda ħajra għal sħubija. Fl-1997, kont ipprovajt niftaħ it-tieqa u anke żort l-uffiċċju ċentrali tal-Organizzazzjoni biex nistabbilixxi kuntatt. Matul is-snin ta’ wara, fejn konna bqajna.

    Naraha ħasra. Kważi l-membri kollha tal-Unjoni Ewropea jqisuha bħala xi ħaġa utli li jaħdmu fi ħdan l-OECD. X’jistgħu jkunu r-raġunijiet li s-sħubija fiha ma tgħoddx għal Malta?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook