#breakfreefromplastic

  • Jan 30, 2019 11:47
  • Miktub minn Chris Fearne

    #breakfreefromplastic

    Naħseb li ftit jistgħu jkunu dawk li xi darba jew oħra ma semgħux, ma rawx jew ma qrawx f’xi forma ta’ mezz ta’ informazzjoni bil-ħsara li qiegħed jikkawża l-plastik f’kull forma tiegħu, l-aktar meta wieħed jiġi biex jiddisponi minnu. L-appelli biex isir l-inqas użu possibbli mill-plastik huma kontinwi u f’kull pajjiż. U allura meta tara inizjattiva f’din il-linja bħal dik li ġiet deċiża min-naħa tat-tmexxija tal-Isptar Mater Dei tħoss ċertu sodisfazzjon.

    Mill-ġimgħa d-dieħla l-impjegati kollha fl-Isptar Mater Dei se jibdew il-proċess biex jieqfu milli jużaw frieket, skieken, imgħaref u kuċċarini tal-plastik. L-istess se jkun qiegħed jiġri fil-każ tal-pazjenti. Din il-miżura se tittieħed b’konformità mal-ħidma globali li għaddejja kontinwament kontra l-użu tal-plastik. Huwa kalkulat li fl-Isptar Mater Dei biss kull sena jintużaw madwar żewġ miljun biċċa bejn frieket, skieken, imgħaref u kuċċarini biss. Meta tieqaf għal ftit minuti u timmaġina dan il-munzell quddiemek u l-ħsara li ssir biex b’xi mod tiddisponi minnu ċertament li tirrealizza li din hija deċiżjoni għaqlija.

    Inizjattiva bħal din teħtieġ il-koperazzjoni ta’ kull wieħed u waħda, minn fuq s’isfel, li jaħdmu f’Mater Dei. Huwa ovvju li ladarba se jkun qed jitwaqqaf dan l-użu se jkun qiegħed isir użu minn materjal ieħor. It-tmexxija ta’ Mater Dei ħasbet għal dan diġà u mill-jiem li ġejjin se jkun qed jingħata sett ta’ cutlery ta’ li stainless steel lil kull impjegat inkluż lil dawk tal-kuntrattur imma li xogħolhom huwa fultajm f’Mater Dei. Se jkun qed jiġri l-istess ma’ kull sodda f’kull sala tal-Isptar għall-użu tal-pazjenti.

    Huwa rakkomandabbli li entitajiet oħrajn, kemm Governattivi kif ukoll fil-privat, jieħdu l-eżempju ta’ Mater Dei u b’hekk kull sena jkun evitat li tunnellati kbar ta’ plastik jispiċċaw fil-miżbliet jew jiddisponu minnhom b’xi mod ieħor bil-konsegwenzi koroh li dan ikun ifisser.

    Prosit mill-qalb lit-tmexxija tal-Isptar Mater Dei.

    ********

    Awguri lil  Michela Pace

    Bħal eluf kbar oħrajn ta’ Maltin u Għawdxin nhar is-Sibt li għadda segwejt is-serata finali ta’ X Factor Malta u bħalhom esperjenzajt il-mument ta’ tensjoni sakemm tħabbar ir-riżultat finali u sar magħruf li r-rebbieħa kienet it-tfajla Għawdxija Michela Pace. Ċertament li Michela kien jixirqilha li tkun ir-rebbieħa u li b’riżultat t’hekk se tkun qegħda tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest aktar tard din is-sena f’Tel Aviv, Iżrael.

    Irrid pubblikament nifraħ lil Michela għar-rebħa tagħha u ningħaqad fl-awguri tiegħi lil Michela mhux biss għal riżultat sabiħ ieħor fil-Eurovision Song Contest imma wkoll għall-opportunità li nfetħet quddiemha għal karriera fid-dinja tal-kant.

    Prosit u awguri Michela!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook