Iż-żgħażagħ u l-politika

  • Fra 07, 2019 07:40
  • Miktub minn Alfred Sant

    Kien hemm min qalli fl-aħħar ġimgħat: iż-żgħażaghħ ma jinteressawx ruħhom aktar fil-politika.

    U kien hemm min qalli: Mhux talli ż-żgħażagħ jinteressaw ruħhom ħafna fil-politika. Talli qed jivvintaw modi ġodda kif jieħdu sehem fiha.

    Għalija, jieħdu sehem fiha kif jieħdu sehem fil-politika, ma jagħmilx differenza. L-aqwa li ż-żgħażagħ jagħmlu dan. U li jkunu ġejja mill-kuluri politiċi kollha. Mhux biss dawk li huma rvellati naħa jew oħra.

    Possibbli jew le?

    Possibbli. U mhijiex kwistjoni ta’ jekk iż-żgħażagħ jistgħux jivvotaw jew le. Anzi forsi, kieku għadhom ma jistgħux jivvotaw, aktar kienu jinteressaw rwieħhom fil-politika. Il-problema hi li għal ħafna nies, mill-prattika politika donnu żvinta kull idealiżmu, kull intenzjoni biex tara kif se toħloq dinja differenti, aħjar. Allura l-mobilizzazzjoni meta ssir daret lejn oqsma wiesgħa imma limitati tal-ħajja publika – bħall-ħarsien ambjentali – jew għall-protesta.

    Wara kollox, anke r-reliġjonijiet għandhom l-istess problema.

    ***

    ARTIJIET PUBLIĊI

    Minkejja n-numru ta’ proġetti, kbar u żgħar, li mis-snin sittin tas-seklu l-ieħor lil hawn, twettqu mill-privat fuq artijiet publiċi, il-prattika u l-metodi ta’ kif dan isir baqgħu ma nżamu taħt l-ebda riga. Bqajna bla ebda kejl ta’ kif l-art għandha titqassam u tingħata għall-użu – kummerċjali jew ieħor – tal-privat.

    Minn meta bdew jingħataw l-artijiet għal fabriki u lukandi bħall-ewwel Hilton u Sheraton sal-lum, prattikament l-unika regola li daħlet kienet li għotjiet ta’ dat-tip, iridu jkunu approvati mill-Parlament. Mill-bqija kull proġett spiċċa jiġi trattat skont il-“merti” tiegħu.

    Ħaġa bħal din żgur tidher tassew kurjuża għal barrani li jsir jaf biha. Għalina l-Maltin, tinħass bħala ħaġa tassew naturali. Min jaf għaliex?

    ***

    MINN SAN ĠWANN

    Mhux dejjem issib li l-“housing estates” tal-gvern qed jinżammu tajjeb. Dan mhux il-każ f’ta’ San Ġwann li baqa’ jżomm dehra sabiħa u nadifa ta’ ftuħ u ta’ kura. Żortu ftit ilu.

    Kif wieħed jistenna ħafna mir-residenti li kienu daħlu hemm fil-bidu tal-binja jew ftit wara issa għandhom ċerta età.  Hemm fejn daħal il-lift, u binjiet fejn dil-ħaġa għadha pendenti, għalkemm fil-blokok kollha, tista’ ssir teknikament. Filfatt, fejn ma hemmx lift, ir-residenti ngħataw il-wegħda li se jiddaħlilhom u anke ntwerew id-disinnji ta’ kif ix-xogħol irid isir.

    Imma sa issa dan għadu ma ġarax u tifhimha li r-residenti jgergru. Jekk mal-età, ikollok xi problema f’saħħtek, li tinżel u titla’ tliet sulari kull meta trid toħroġ, se jsir eżerċizzju li jibqa’ jitqal minn jum għal jum. L-istess ħaġa tgħodd, anke jekk tkun f’saħtek, meta trid ittella’ x-xirjiet “ta’ kuljum”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook