Fatti

  • Fra 11, 2019 08:19
  • Miktub minn Alfred Sant

    FATTI

    Fl-aħħar ġimgħat, istituzzjonijiet internazzjonali fetħulha kontra l-iskemi li jippromwovu “investiment migratorju” – jiġifieri skemi bħal dawk li qed tħaddem Malta fejn persuna “tixtri” ċittadinanza ta’ pajjiż billi tosserva ċerti kondizzjonijiet li jiżguraw li hi ta’ fibra tajba, u twiegħed li se tinvesti ammont ta’ flus sostanzjali fl-ekonomija tiegħu.

    Fost l-ewwel li ppromwovew arranġamenti simili kienu l-Istati Uniti, bl-iskema tal-viża l-ħadra. Illum fl-Unjoni Ewropea, Malta u Ċipru fost oħrajn jipprattikawhom.

    L-OECD, il-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Kummissarja Jurova responsabbli mill-qasam legali, il-Parlament Ewropew u anke l-Fond Monetarju Internazzjonali tħassbu dwar dawn l-iskemi. L-ewwel tlieta speċjalment saħqu fuq il-“perikli” ta’ abbużi li l-iskemi jġibu magħhom.

    Jien qatt ma kont wieħed minn dawk li urew xi ħlewwa lejn dawn l-iskemi. Nifhem li, imħaddma ħażin, iġibu magħhom perikli ta’ sigurtà. Imma nemmen li huma leġittimi. Kwalunkwe gvern jista’ jwettaqhom bis-salvagwardji meħtieġa.

    Fuq kollox, inħoss li mhux biżżejjed telenka l-“perikli”. Trid turi bil-fatti li dawn il-perikli qed jirriżultaw. Sa issa, ħadd għadu ma ħareġ fatti ’l quddiem li juru kif il-perikli qed jirriżultaw fir-realtà.

    ***

    LISTI TAL-PARTITI

    =Fil-maġġoranza tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, waqt li l-elezzjonijiet Ewropej se jinżammu skont ir-regoli tar-rappreżentazzjoni proporzjonali, l-għażla tal-kandidati quddiem l-elettorati se ssir bil-listi tal-partiti.

    =Jiġifieri, l-partiti jagħżlu l-kandidati tagħhom u jpoġġuhom fuq lista b’ordni preferenzjali “minn fuq sa isfel”. Se jtellgħu għadd ta’ deputati proporzjonali għall-persentaġġ ta’ voti li jakkwistaw bħala partiti. Imbagħad, id-deputati jintgħażlu “minn fuq sa isfel” fil-lista, sakemm jintlaħaq in-numru ta’ siġġijiet miksuba mill-partit.

    =Ftit setgħet instabet sistema aqwa biex f’demokrazija rappreżentattiva, tispiċċa tbiegħed lill-partiti u lid-deputati tagħhom miċ-ċittadini li jkunu vvotawlhom.

    ***

    AFFAXXINANTI

    M’hemm xejn aktar affaxxinanti minn ċerti sejbiet arkeoloġiċi li donnhom jiftħu tieqa ġdida u mhux mistennija fuq il-ħajja tal-bniedem fi żminijiet oħra. Jagħmlu dan billi joħorġu għad-dawl oġġetti konkreti li kienu jintużaw minn bnedmin minsija imma li kienu jokkupaw spazju fiżiku waqt li għexu ħajjithom daqs kemm aħna ngħixu tagħna llum.

    Iħallu din l-impressjoni oġġetti ta’ użu domestiku li nstabu f’Malta dan l-aħħar li jiddataw mill-bidu taż-Żminijiet tan-Nofs. Jagħtu xhieda ta’ ħajja komunali f’pajjiżna li kienet ħafna aktar kumplessa milli kif kienet mifhuma sa issa.

    U mill-Eġittu waslu rapporti li qrib il-Wied tas-Slaten ħdejn Luxor, instabu sensiela ta’ oqbra mhux ta’ Fargħuni did-darba, imma ta’ nies mill-klassi tan-nofs ta’ xi tliet elef sena ilu. Il-fdalijiet ta’ ġo fihom juru sew x’tip ta’ ħajja kienu jgħixu, ġenb ma’ ġenb dik “glorjuża” tas-slaten.   

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0