Progress b’riżultat ta’ ħidma pjanata

  • Fra 20, 2019 10:00
  • Miktub minn Chris Fearne

    Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa bħala parti mill-kampanja li għaddejjin biha bħala Ministeru għas-Saħħa biex jinġabru aktar reġistrazzjonijiet għal donaturi tal-organi żort il-fabbrika ġdida li l-kumpanija Toly Products għandha fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel. Ħadt gost bin-numru ta’ ħaddiema li għoġobhom jirreġistraw lilhom infushom bħala donaturi tal-organi. Imma mhux biss. Ħadt gost ukoll meta smajt liċ-Chairman u CEO tal-kumpanija, Andy Gatesy, jgħid li Toly kienu qegħdin jinvestu €20 miljun f’din il-fabbrika ġdida li se tkun qed tfisser era ġdida fil-qasam tal-manifattura f’pajjiżna.

    Investiment bħal dan mhux uniku f’dan is-settur u jxejjen għal kollox l-argumenti li kienu jġibu xi wħud meta kienu jgħidu li l-qasam tal-manifattura f’pajjiżna għadda żmienu. Il-fatti juru mod ieħor. Mis-sena 2013 ‘il hawn, allura minn meta seħħet il-bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiż minn waħda mmexxija minn Gvern Nazzjonalista għal dik attwali mmexxija minn Gvern Laburista l-valur tal-investiment dirett barrani f’pajjiżna żdied b’€1.1 biljun li jfissru żieda ta’ 32%. Terz ta’ din iż-żieda kien fil-qasam tal-manifattura.

    Fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista t-tkabbir ekonomiku kien naqas kważi bin-nofs tal-medja tas-snin ta’ qabel. Taħt amministrazzjoni Laburista dan it-tkabbir ittripla. Żvilupp bħal dan ma jaqgħax mis-sema. Trid taħdem għalih u taħdem għalih bi pjan, kif fil-fatt sar u qed isir. L-ewwel ma għamilna kien li naqqasna l-piż minn fuq il-familji u n-negozji. L-istorja tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jafha kulħadd.

    Wara li ħloqna il-klima għal aktar investiment kemm lokali kif ukoll barrani ridna noħolqu l-klima neċessarja biex aktar nies joħorġu jaħdmu. Kien għalhekk li b’mod konsistenti naqqasna l-piż tal-income tax u allura ninkoraġixxu lil min kien diġà qed jaħdem biex jaħdem aktar. Daħħalna ċ-Child Care b’xejn u b’hekk eluf ta’ nisa setgħu joħorġu jaħdmu. Biddilna l-istruttura tas-servizzi soċjali biex min jibda jaħdem ma jitlifx il-benefiċċji mill-ewwel filwaqt li daħħalna benefiċċji ġodda bħal inwork benefit li tejbu d-dħul għal dawk b’pagi baxxi. Dan kollu wassal biex illum ir-rata ta’ impjiegi f’pajjiżna qabżet il-medja Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna.

    Mis-sena 2012 ‘il hawn ir-rata tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna kienet ta’ aktar minn erba’ darbiet tal-medja Ewropea filwaqt li minn sitwazzjoni fejn pajjiżna dejjem kien ikollu deficit fil-bilanċ tal-pagamenti internazzjonali llum għandna fost l-ogħla surpluses minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Skont il-Global Competitiveness Report maħruġ mill-World Economic Forum filwaqt li fis-sena 2012 pajjiżna kien meqjus bħala fil-71 post fejn jidħol ambjent ekonomiku llum qegħdin fl-ewel post fid-dinja. Fost il-fatturi li l-aktar wasslu għal dan it-titjib jissemmew it-tnaqqis fil-piż tad-dejn pubbliku u d-deficit, kif ukoll it-tnaqqis fl-inflazzjoni.

    F’dawn l-aħħar ħames snin kellna żieda fl-impjiegi aktar miż-żieda totali li kellna fil-15-il sena ta’ qabel meħudin flimkien. Sena wara l-oħra ż-żieda f-impjiegi f’pajjiżna kienet l-ogħla fl-Unjoni Ewropea u hija riflessa wkoll fil-livell tal-għixien tal-poplu tagħna. Sadattant id-depożiti tal-familji Maltin ma’ banek f’pajjiżna laħqu ċ-ċifra rekord ta’ €12.1 biljun, żieda ta’ kważi 60% mis-sena 2012 ‘il hawn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook