Se nerġa' dwar il-midja indipendenti

  • Fra 25, 2019 00:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    Qrajt dan l-aħħar artiklu miktub mir-reverendu Joe Borg biex juri kif mhux veru li l-midja hekk imsejħa indipendenti – f’dal-kas tal-Knisja – jieħdu direzzjoni partiġjana, indirizzata l-aktar kontra l-Partit Laburista. Il-metodu użat minn Borg bilfors iqanqallek tbissima bis-sofiżmi inġenwi li jippreżenta.

    Prattikament jistrieħ fuq kemm drabi partiti/gvernijiet tax-xellug u tal-lemin jingħataw rapportaġġ, anke mqabbla ma’ kemm tingħata l-istess Knisja. Dal-mod “pożitivista” kif jitkejlu l-affarijiet jikkomforta t-teżi tar-reverendu Borg li l-radjo u l-midja tal-Knisja Kattolika huma oġġettivi. Imma hu argument fażull...ħalli ma ngħidx falz.

    Biex wieħed ikejjel xi jkun għaddej tassew, irid jifli l-kriterji ta’ kif jintgħażlu l-aħbarijiet u jiġu rapportati. Għat-tajjeb jew għall-ħażin, jista’ jkun hemm ħafna stejjer dwar dan jew l-ieħor. Biss, jekk jekk bi ħsieb, jintgħażlu l-aktar stejjer li juru dannu, statistika dwar kemm qed jissemma Ċikku jew Peppu ma tipprova xejn dwar l-oġġettività tad-direzzjoni editorjali.  

    L-artiklu ta’ Borg saħħaħli r-riżervi tiegħi dwar l-“indipendenza” tal-“midja indipendenti”, inklużi tal-Knisja.

    *** 

    ĦAŻ-ŻABBAR

    Kien ili ftit ma nżuru. Fl-imgħoddi kont ta’ spiss ngħaddi hemm, għal xi qadja jew oħra, inkella għal xi ħidma politika u soċjali.

    Ġimgħa ilu sibt li għadha għaddejja l-ħajja vibranti li niftakar fil-każini politiċi, soċjali, sportivi u kulturali. Inzerta Ħadd kważi tar-rebbiegħa. Kullimkien iltqajt ma’ irġiel u nisa li qed jirrekrejaw ruħhom fil-kwiet madwar imwejjed mgħobbija bl-ikel li daż-żmien sirna nsejħulu “tas-swaba” (finger food). F’post minnhom saħansitra kienu qed iservu gambli mill-kbar, dawk li bl-Ingliż isejħulhom “tar-re”.

    F’Ħaż-Żabbar fejn erġajt iltqajt mal-ħabib antik tiegħi Freddie Portelli (l-eks ministru mhux il-kantant), in-nies taf kif tkun serja u kif tirrekrea ruħha. Għalhekk hu gost speċjali li żżur il-post.

    *** 

    L-GĦOLI TAL-ĦAJJA F’MALTA

    Skont l-aħħar statistika maħruġa mill-Eurostat, l-għoli tal-ħajja f’Malta hu anqas sew mill-medja tal-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Dan hu riżultat sorprendenti. F’Malta għaddejjin b’rata ta’ tkabbir ekonomiku li tissupera sew dik tal-bqija tal-pajjiżi fl-Ewropa. Għaliex allura, jidher li l-prezzijiet mhumiex jogħlew, kif dejjem jiġri f’ċirkostanzi hekk?

    Dwar ħafna oqsma, meta tiflihom mill-qrib, tifhem għaliex. Jekk barra, l-pressjoni tal-inflazzjoni għadha baxxa – u hekk hi – u Malta dejjem saret aktar timporta l-bżonnijiet tagħha, bilfors li l-pressjoni fuq il-prezzijiet tkun lejn ’l isfel.

    Dan l-argument ma jgħoddx fil-kas tal-prezz tal-kirjiet. L-ilmenti dwarhom splodew fl-aħħar xhur. Madankollu, anke hawn l-indiċi tal-prezzijiet juri li ċ-ċaqliqa ’l fuq prattikament ma teżistix. Forsi li l-indiċi għadu qed jitmexxa skont riċerka miksuba qabel seħħet il-bidla radikali fis-suq tal-kirjiet residenzjali?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook