Reliġjonijiet

  • Mar 01, 2019 17:25
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Ftit ġimgħat ilu sar pass importanti biex jassigura serenita’, paċi u tolleranza fil-gżejjer Maltin.

    It-twemmin li nies kellhom u għandhom ġeneralment jieħdu forma ta’ reliġjon.  Ir-reliġjonijiet għalkemm jiġbru fihom valuri ġabu magħhom ukoll inkwiet.  It-terrimot li ġab l-ISIL dawn l-aħħar snin kulħadd jafu.  Ir-raġuni hi nuqqas ta’ tolleranza għal nies li għandhom reliġjon differenti jew li huma fl-ebda reliġjon.    It-twemmin dejjem jinkludi xi forma ta’ alla – forza sopranaturali li tikkontrolla l-passat u jikkontrolla l-preżent u l-futur.  It-tieni fattur hu li għandhom xi forma ta’ kontinwita’ wara l-mewt.  Il-futur tal-persuna li tmut jiddependi kemm kienet fidila lejn dik ir-reliġjon. 

    Dawn iż-żewġ fatturi ħafna drabi kienu l-bażi tat-twemmin li min mhux ma’ dik ir-reliġjon hu ħażin u dak li hu fir-reliġjon hu tajjeb.  Il-forza ta’ alla intużat ukoll biex dawk tar-reliġjon partikolari għandhom il-poter li jikkundannaw lil dak u lill-ieħor. 

    Il-gwerer li kellhom il-bażi tagħhom mhux xi ħaġa ġdida għaliex issibhom kull żmien.  Jekk nieħdu l-istorja tal-Ewropa hi mimlijja bi ġlied u persekuzzjonijiet sħaħ ibbażati fuq ir-reliġjonijiet differenti. Dejjem kienu gwerer ħorox għax kienu bbażati dawn iż-żewġ fatturi.  Li jekk jien immut waqt ġlieda bħal din, jien sirt martri u għalhekk intitolat għal xi forma ta’ ġenna. 

    Dawn l-affarijiet saru  minkejja li ħafna drabi kulħadd jemmen li kulħadd għandu dritt li jemmen dak li jrid.  U dan jurina li d-drittijiet fil-liġi huma tajbin iżda mhux biżżejjed.  Biex dawn id-drittijiet jieħdu l-ħajja rridu naħdmu il-ħin kollu.  Kulħadd jiftakar li l-ġlieda politko-reliġjuża f’Malta fis-sittinijiet għalkemm ma kienitx ħarxa bħal ta’ pajjiżi oħra ħade żmien twil biex tittaffa u kellha bżonn ħidma miż-żewġ partijiet biex titmewwet.

    Hu għalhekk li għalija dak li sar ftit ġimgħat ilu kien pass importanti.  Bħas-soltu affarijiet li m’għandhomx dell politiku, ftit jagħmel ħoss f’Malta.  Qed nirreferi għax-xogħol li għamlet il-President ta’ Malta f’dan il-qasam li wassal għall-ewwel dikjarazzjoni nazzjonali għall-armonija bejn ir-reliġjonijiet f’Malta.

    Din id-dikjarazzjoni titkellem fuq il-valuri li jgħaqqdu r-reliġjonijiet – xi ħaġa li rari ssir għax ġeneralment l-emfasi tkun fuq dak li hu differenti fir-reliġjonijiet.  Bħal ma saħqet il-President id-djalogu hu l-aktar mod effettiv biex intaffu l-vjolenza u l-intolleranza u l-konflitt filwaqt li nsaħħu l-ftehim u b’hekk il-paċi. 

    Hemm min jgħid li f’Malta m’għandniex ġlied u għalhekk ma hemmx importanza.  Ġlied forsi m’hemmx iżda intolleranza u anki diskriminazzjoni kontra dawk ta’ reliġjonijiet differenti jew anki għal dawk li huma atejisti żgur li hemm.  Ma narawx dawn l-affarijiet f’Malta, mhux għax m’hawnx, iżda għax ma nkunux irridu narawhom.  Dan forsi wkoll għaliex barra l-Knisja Kattolika, il-reliġjonijiet l-oħra għadhom żgħar.

    Il-ġlied qabel ma jibda trid tikkumbattih u dan tagħmlu billi toħloq kultura li verament taċċetta lil min ma jemminx bħalek u li tkun lest li tagħtih verament drittijiet bħal ma għandek int.  Irridu niftakru li s-soċjeta’ Maltija qed tinbidel b’mod mgħaġġel u irridu nkunu żguri li l-Maltin kollha għandhom id-drittijiet kollha mhux biss fuq il-karta iżda anki fir-realtà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook