Diskors ta' mibegħda

  • Mar 07, 2019 07:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    Tajjeb li tikber il-kuxjenza dwar id-deni li jsir meta diskors ta’ mibegħda, kif tlaqqam, isir bl-addoċċ, speċjalment fil-midja soċjali. Miegħu ukoll jiġi assoċjat diskors li jifrex aħbarijiet foloz, imħawra b’mod malizzjuż. Ta’ spiss it-tnejn... mibegħda u falsitajiet... jingħaġnu flimkien biex joħolqu klima kontra persuni jew istituzzjoni li jkunu qed imexxu kampanji kontroversjali jew kontestati.

    Biss hemm diskors ieħor li jixbah lil dak tal-mibegħda imma ma tistax tqisu bħala hekk. Ta’ spiss ma jingħatax importanza. Hu diskors ta’ disprezz u tkasbir, maħsub biex jipprovoka reazzjoni ta’ rabja. Dir-reazzjoni ġieli tispiċċa fl-hekk imsejjaħ diskors ta’ mibegħda.

    Għalija tibqa’ xi ħaġa li trid tiġi investigata aktar. Min qiegħed jagħmel l-akbar dannu lill-valuri tal-komunitajiet tagħna?

    Dawk li jintelqu fi priedki baxxi u vjolenti kontra dan u l-ieħor li dejquhom?

    Jew dawk li b’diskors li jniggeż u jkasbar, qed jipprovokawhom biex jesprimu ruħhom b’mod mhux aċċettabbli?

    ***                       

    REPUTAZZJONI F’RISKJU

    Ir-reputazzjoni ta’ Malta fl-ambiti finanzjarji saret riskjuża; hekk qalulna. Fi kliem oħra, isem il-pajjiż qed jiġi mtappan bil-kelma li ma tantx tista’ tafdah.

    Dik hi d-diċerija. U jsemmulna kif il-kap tal-HSBC f’Malta qalha. Veru qalha; u qalha meta kien qed jara kif jispjega għaliex il-bank tiegħu għamel anqas profitti dis-sena mill-operat tiegħu f’Malta. Sab fhiex iwaħħal. Imma ma semmiex kif l-istess bank, fil-ħidma tiegħu dinjija għamel profitti anqas milli kien bassar. Forsi dan ġara wkoll minħabba riskju fir-reputazzjoni tal-bank? Żgur ma setax jiġri minħabba r-riskju fir-reputazzjoni finanzjarja ta’ Malta.

    Hi ħaġa kurjuża kif bir-riskju fir-reputazzjoni li qed jgħidulna, Malta saret iġġorr, il-pajjiż baqa’ jottjeni rankatura ekonomika li tħalli bogħod warajha lil ħafna oħrajn. 

    ***

    MIREVA

    Jista’ jkun li diġà semmejt hawn il-ħanut tal-Mireva barra d-daħla “qadima” tal-Università. Ma jkun ġara xejn jekk nerġa’ nsemmih.

    Għax fih kont issib għażla tajba ħafna ta’ kotba akkademiċi u kulturali li filfatt kienet tagħmlu uniku fil-gżejjer tagħna. Kien jinżamm tajjeb u bix-xieraq li kont issibu qrib l-Università. Issa ilu xhur li għalaq ħabta u sabta – jew hekk deherli, forsi ma ndunajtx li kien qiegħed imajna finanzjarjament – u issa jidher li se jibqa’ hekk għal dejjem.

    Tassew dnub li fiż-żona fejn jinġabru daqstant studenti ntilef post fejn jinħażnu  għall-bejgħ kotba ta’ kalibru. Nimmaġina li l-bini għad jispiċċa jitwaqqa biex jitilgħu il-flats jew biex  minn hemm jinbiegħ l-ikel li tikkonsma fil-malajr.

    Ikun żvilupp li fl-ironija tiegħu jista’ jservi ta’ kumment fuq il-ħajja intellettwali u kulturali ta’ pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook