Aktar għajnuna lill-anzjani u l-pensjonanti

  • Mar 13, 2019 09:47
  • Miktub minn Chris Fearne

    Anzjani u pensjonanti li l-età tagħhom tvarja minn 62 sena ‘l fuq eżattament illum jistgħu jibbenefikaw minn miżura oħra introdotta mill-Gvern Laburista speċifikament biex tkun ta’ għajnuna finanzjarja lill-anzjani u l-pensjonanti tagħna. Qed nirreferi għall-ħruġ tas-62+ Savings Bond tal-Gvern b’rata ta’ imgħax fissa ta’ 3% għal ħames snin.

    Paragunata mar-rati ta’ imgħax li jingħataw mill-banek bħalissa, ir-rata ta’ 3% hija waħda konsiderevolment tajba. Din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern Laburista qed joffri din l-opportunità lill-anzjani u pensjonanti Maltin u Għawdxin, b’kull individwu jista’ jinvesti minimu ta’ €500 sa massimu ta’ €10,000.

    Din il-miżura m’għandhiex titqies waħedha fejn jidlu l-anzjani u l-pensjonanti. Fil-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 2013 il-Partit Laburista kien ikkommetta ruħu li ladarba jkun fil-Gvern ikompli jsaħħaħ u jtejjeb il-pensjonijiet. U hekk għamilna. Fis-sena 2016, għall-ewwel darba f’25 sena, żdiedu l-pensjonijiet f’pajjiżna. U hekk baqa’ jsir fis-snin ta’ wara.

    Dan ma jsirx mix-xejn. Huwa possibbli li jsir għax l-ekonomija llum qegħda toħloq il-ġid u kif iddikjarajna fil-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017 “dan il-ġid irriduh jilħaq lil kulħadd. Iż-żieda fil-pensjonijiet mhix biss titjib f’miżura soċjali li minnha nnifisha hija tajba, iżda wkoll rabta tanġibbli ta’ Gvern li verament jixtieq li kulħadd jingħata ċ-ċans itejjeb il-livell ta’ għixien tiegħu.”

    Dik il-wegħedna żammejniha, u issa l-pensjonijiet mhux talli żdiedu kull sena talli nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara bl-aktar mod ċar li l-pensjonijiet se nerġgħu nżiduhom fil-Baġit għas-sena 2020.

    Sadattant wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li aktar ma nikbru fl-età aktar nistgħu nsiru suġġetti għall-mard. Il-mard ifisser kura. Kura tfisser mediċini. Mediċini jfissru flus minn but l-anzjani u l-pensjonanti jekk kemm-il darba jsir bħalma konna drajna li jsir taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, li l-mediċini aktar ma ssibhomx milli ssibhom. Il-famuża frażi “out of stock” kien draha kulħadd.

    Huma biss ftit eżempji ta’ x’għamilna u se nkomplu magħna għall-anzjani u l-pensjonanti tagħna.

    *********

    Ronnie Pellegrini

    Il-Ħadd li għadda wara nofsinhar inħsadt bl-aħbar tal-mewt ta’ Ronnie Pellegrini, anke jekk kont naf b’dak li kien għaddej minnu. U kif jiġri dejjem f’każijiet bħal dawn, fi ftit ħin jgħaddu minn quddiem għajnejk episodji li tkun qsamt ma’ dak li jkun. Kien b’mod naturali li fi tweet li tellajt ftit wara li sirt naf b’mewtu niddeskrievi lil Ronnie bħala “ħajja dedikata għall-partit u l-pajjiż”. Għax hekk kien.

    Lil Ronnie ltqajt miegħu l-ewwel darba meta ngħaqadt maż-Żgħażagħ Laburisti. Kien punt ta’ referenza awtomatika f’din il-fergħa tal-Partit Laburista. Ma stajtx ma tammirax l-entużjażmu miegħu u l-kuraġġ li kien jagħmel lil kull min kien jitħajjar b’xi mod imiss mal-politika. Ħadem kemm felaħ fil-Partit Laburista u meqjus il-fatt li l-Partit Laburista dejjem kien forza politika b’saħħitha ħafna u allura influwenti fil-pajjiż, konsegwenzjalment kien qed jaħdem għall-pajjiż.

    It-tislima li ngħata Ronnie l-bieraħ mhux biss mill-Partit Laburista kienet verament tixraqlu. Lil martu, lil bintu u lil qrabatu kondoljanzi mill-qalb f’din it-telfa kbira li sofrew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook