Bankini

  • Apr 12, 2019 18:07
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Ħaġa li tolqot lill-barranin hi li ħafna Maltin jippreferu jimxu fit-triq milli fuq il-bankini.  L-aktar li jagħmlu dan huma l-anzjani.  Ir-raġuni hi faċli li ssibha jekk tħares lejn il-bankini.  L-ewwel ħaġa li tolqtok hi li diffiċli li tara bankina li għandha l-istess livell.  Il-maġġoranza tal-binkini humu tlugħ u nżul minħabba l-garaxxijiet li għandna.  Ħafna minnhom taħseb li qed timxi fuq xi mewġa.  It-tieni raġuni hi li ħafna minnhom huma mħarbtin. 

    Ħa nibdew mit-tieni waħda.   Ftit tara bankini li ma fihomx tħarbit u toqob.  Naħseb li wieħed mill-aktar postijiet li hu perikoluzi li timxi fuq il-bankini hu l-Belt.  Hi ta’ mistħijja li l-Kunsill Lokali tal-Belt qatt ma ħa ħsieb li jirranġa l-bankini.  Dan l-aktar meta ħafna mill-popolazzjoni tal-Belt hi anzjana.  Li kieku l-Kunsill Lokali kull sena irranġa numru ta’ bankini, li kieku żgur sa llum ħafna minnhom huma tajbin.  Jekk trid tara kemm sar xogħol minn dan il-Kunsill żur Triq Nofs innhar (South Street) fejn il-Kunsill kellu l-uffiċċji tiegħu għal snin twal (ara ritratti ta’ fuq). L-istat tal-bankini fil-Belt jirrifletti l-effiċenza tas-Sindki li kellha l-Belt.   Dan barra tħarbit tat-taraġ li hemm.  L-uniċi partijiet li huma tajba, huma dawk li ġew irranġati mill-Gvern speċjalment minħabba Valletta18.

    Niġu issa li ma ssibx bankina mingħajr tlajja u nżul.  Din ġejja mill-fatt li l-Awtorita’ li tapprova l-pjanti tal-bini li jkun tiela’ qatt ma tat każ li jkun hemm town planning.  Waħda mill-affarijiet li tolqtok barra minn Malta hi n-numru żgħir ta’ bibien tal-garaxxijiet f’kull triq.  Ir-raġuni hi l-l-parkeġġi taħt kantunira bini ġeneralment ikollhok garaxx wieħed u għalhekk ikollu dħul u ħruġ wieħed.  Malta, kull żewġ passi ta’ bankina tara bieb ta’ garaxx u għalhekk il-bankina tul ta’ ftit passi ssib tela’ u niżla. 

    Hemm soluzzjoni għal dan?  Nemmen li hemm.  Personalment nara żewġ alternattivi.  Waħda hi li l-bankini jkunu baxxi u jkollhom l-istess għoli mit-triq it-tul kollu.  Hemm minn jgħidlek li għandna bzonn bankini għoljien minħabba x-xita għax inkella l-ilma jidħol ġod-djar.  Jekk it-toroq jibdew isiru sura ta’ nies, din il-problema mhux suppost tinqala.  Tinqala għax it-toroq tagħna m’għandhomx sistema tajba li tiġbor l-ilma tax-xita  qabel ma jinżel għal toroq oħra u jerreq il-postijiet aktar baxxi. F’xi postijiet lanqas tkun tista’ timxi fuq il-bankini għax bl-ilma li jkun hemm fit-toroq, tixxarab għasra meta tgħaddi xi karozza bi speed normali.  Dan  barra l-ħela ta’ ilma li qed ikollna.

    Li kieku għandna sistema tajba ta’ ġbir tal-ilma tax-xita, fil-fatt bankini ma jkollniex bżonn.  Il-Belt hemm żewġ toroq li m’għanhomx bankina u huma effiċjenti speċjalment għall-anzjani u dawk b’xi diżabilita’.  Dawn huma Triq San Marku u Triq it-Teatru l-Antik.  Meta wieħed jagħaddi minn hemm jittendi li bi ftit ħsieb u ppjanar nistgħu nagħmlu l-Malta post verament idejali fejn tgħix. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook