Midja soċjali

  • Mej 02, 2019 08:04
  • Miktub minn Alfred Sant

    Matul dil-kampanja għall-elezzjoni fil-Parlament Ewropew u waqt dik tal-aħħar elezzjoni ġenerali kulħadd jgħidlek kif l-aqwa għodda biex wieħed iwassal il-messaġġ kemm bħala kandidat u kemm bħala partit hi dik tal-midja soċjali. Aktar u aktar meta l-kampanja tkun qed tinżamm fuq skala nazzjonali.

    Ir-riżultati sa issa wrew li min qed isostni dan qed jgħid tajjeb. Il-midja soċjali jagħtu aċċess dirett u personalizzat b’mod immedjat. Għal min jidħol fit-tmexxija sofistikata tiegħu, jipprovdi wkoll mezz kif tistruttura l-messaġġ skont il-persuni li qed tipprova tolqot. U hemm ħafna benefiċċji oħra fl-użu tiegħu.

    Waqt li nirrikonoxxi dan kollu u aktar, xorta bqajt inħoss li l-aqwa għodda tikkonsisti f’laqgħa wiċċ imb’wiċċ bejn min qed jikkampanja u min se jivvota. Hu f’laqgħat hekk, bħal fi żjarat fid-djar, li wieħed jagħraf tassew kif iċ-ċittadini qed jgħixu ħajjithom ta’ kuljum.

    Biss kif issib min jgħidlek: Hu impossibbli li żżur lill-votanti kollha f’darhom – allura kif se tagħżel għand min tmur? U: Sar diffiċli ħafna li ssib ħin wieħed matul il-ġurnata li matulu għandek ċans kbir li n-nies ikunu f’darhom.

    *** 

    PENSJONANTI

    Pensjonanti li ltqajt magħhom jirrikonoxxu minnufih li l-gvern preżenti kien l-ewwel wieħed li ra kif jagħmel biex iżidilhom il-pensjoni. U li daħħal miżuri oħra maħsuba biex ikunu ta’ għajnuna finanzjarja għalihom. Ifaħħru lill-gvern dwar hekk.

    Imma wkoll – speċjalment fost dawk b’pensjoni baxxa – tisma’ kif iħossuhom mhux imħarsa biżżejjed mill-pressjoni tal-għoli tal-ħajja, mhux l-anqas fuq prodotti meħtieġa fil-ħajja ta’ kuljum. Jixtiequ aktar għajnuna u qed jistennew li titwettaq il-wegħda tal-gvern li se jagħtiha.

    Stajt nifhem dejjem aħjar l-ansjetà tagħhom wara li tkellimt ma’ anzjan li waqqafni fit-triq. Il-pensjoni tiegħu tlaħħaq xi 650 ewro fix-xahar u skont hu, minkejja t-titjib tal-aħħar żminijiet, mhux l-ewwel darba li ma wassalhiex sal-aħħar tax-xahar.

    *** 

    JUM IL-ĦADDIEM

    Dis-sena, Jum il-Ħaddiem inqabad fil-mewġa ta’ kampanja politika u ma setax jonqos li ċ-ċelebrazzjonijiet jirriflettu l-messaġġi tal-kampanja. Sadattant, qamet kontroversja dwar jekk il-Partit Laburista hux soċjalista jew le: min-naħa tal-avversarji tiegħu, min jikkritikah għax “reġa’ sar” soċjalista, u min jikkritikah għax m’għadux soċjalista.

    Dawn il-kuntradizzjonijiet huma parti mill-mod kif il-lemin f’Malta qiegħed ifisser il-politika tiegħu. Fil-verità tal-Labour kienu u għadhom soċjalisti. Li ġara hu li addattaw il-messaġġ tagħhom skont il-ħteġiet li s-suq hekk imsejjaħ ħieles jitmexxa, fiċ-ċirkostanzi tal-lum, b’ċertu mod: wieħed li jippermetti l-ħolqien qawwi tal-ġid u t-tqassim tiegħu b’ekwità fost l-oqsma differenti tal-poplu. Terġa’, f’Malta dan qed isir f’qafas fejn il-libertajiet u d-drittijiet personali baqgħu jinfirxu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0