Il-Qasam tas-Saħħa f’Għawdex

  • Mej 15, 2019 08:12
  • Miktub minn Chris Fearne

    Il-bini tal-Iskola Medika ta’ Barts fir-Rabat Għawdex jinsab fi stadju avvanzat ħafna, kif wara kollox jista’ jara kulħadd. Illum, l-Erbgħa, 15 ta’ Mejju, 2019, se nkun qiegħed nakkumpanja lill-Prim Ministru Joseph Muscat fi żjara fuq il-post. Meta l-Prim Ministru kien ħabbar dan il-proġett kien hawn min kien xettiku, kien hawn ukoll min qal li dak kien kollu diskors fl-ajru għax finalment ma kien se jsir xejn. Xettiċiżmu u tbassir bħal dan huwa simili għal kull proġett kbir li jitħabbar mill-Gvern, bħal donnu jkun hawn min jixtieq li l-proġett partikolari ma jseħħx biex imbagħad joħroġ jgħid li l-Gvern ta’ Joseph Muscat ma żammx kelmtu. U waqt li jinsab għaddej ix-xogħol fuq il-bini tal-iskola l-istudenti ta’ Barts xorta waħda kienu u għadhom għaddejjin bl-istudji akkademiċi tagħhom grazzi għal arranġamenti li saru b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet konċernati.

    Dan kollu b’konformità ma’ dak imwiegħed fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju tas-sena 2017. Għal dik l-istess Elezzjoni Ġenerali wegħedna wkoll li Għawdex ikollu sptar ġdid state of the art biex ikun l-akbar sptar li qatt kellu Għawdex kif ukoll bl-aqwa servizzi.

    F’dawn l-aħħar tmint ijiem se nkun żort Għawdex tliet darbiet b’konnessjoni mas-servizzi tas-saħħa fil-gżira Għawdxija. Bħal-lum ġimgħa flimkien mal-kollega Ministru għal Għawdex Justyne Caruana inawgurajt sala ġdida tal-ortopedija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u li hija parti mill-proġett ta’ Steward Healthcare Malta, b’investiment ta’ €185,000.

    B’riżultat ta’ dan l-investiment kapitali l-Isptar Ġenerali t’Għawdex żied in-numru ta’ infermieri u carers tiegħu b’14. Dan kien ifisser ukoll programm ta’ taħriġ b’kollaborazzjoni mal-Isptar Mater Dei biex ikun assigurat li jinżammu l-istess livelli għoljin ta’ kura u protokolli bħal dawk f’Malta.

    Jumejn ilu kelli s-sodisfazzjon ninawgural-Laboratorji tal-Patoloġija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li għadu kemm sar fihom investiment ta’ aktar minn €1.2 miljun. L-apparat il-ġdid f’dan il-laboratorju jinkludi apparat li jaħdem bl-intelliġenza artifiċjali u bir-robotika. B’riżultat ta’ dan l-investiment s-servizzi mediċi konnessi ma’ testijiet tad-demm f’Għawdex stess se jiżdiedu b’madwar mitt wieħed ma’ dawk li diġà hemm. 

    Tħossok sodisfatt tara li tkun qegħda ssir ħidma li se tkun tfisser lijkun hemm aktar kumdità u aktar faċilitajiet għaċ-ċittadini Għawdxin li permezz tagħhom se jkun qed jonqos iż-żmien ta’ stennija għal ħafna testijiet u b’hekk ir-riżultati joħorġu qabel. Dan jista’ jkun ifisser li l-kura li jista’ jirriżulta li tkun meħtieġa jinbdilha l-proċess kemm jista’ jkun malajr.  Fil-qasam tas-saħħa kull minuta tista’ tkun kruċjali, determinanti, għall-individwu konċernat.

    B’konnessjoni ma’ dan l-investiment li staff fil-Laboratorji tal-Patoloġija f’Għawdex żdied b’sitt xjentisti u ħames allied assistants għal total ta’ 38 ħaddiem. Il-ħaddiema kollha ngħataw taħriġ speċjalizzat fl-isptar stess. Prova oħra li minn dan l-isptar iċ-ċittadin Għawdxi se jkun qed jingħata l-istess servizzi mediċi li jingħataw mill-Isptar Mater Dei.

    Mhux bogħod wisq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex u f’post mill-aktar ċentrali għaddejjin ix-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid fir-Rabat li minnu se jkunu qegħdin jingħataw servizzi mediċi f’post aktar komdu u adattat minn dak li minnu qiegħed jingħata dan is-servizz bħalissa.

    Dak imwiegħed lill-Għawdxin qiegħed jitwettaq.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0