Ftit wisq, tard wisq

  • Ġun 17, 2019 07:26
  • Miktub minn Alfred Sant

    Personalment niddubita kemm il-waqfa dekretata fit-twaqqigħ tal-bini se ssolvi l-kriżi tal-kostruzzjoni li qed issir ma’ kullimkien b’mod imgħaġġel, kulħadd għal rasu u ta’ spiss abużivament. L-awtoritajiet diġà qaluha: m’għandhomx riżorsi biżżejjed, fil-għadd u fil-kwalità, biex ilaħħqu ma x’jinsab għaddej.

    Frankament hi ħaġa ċara li l-professjonisti involuti, daqs il-kuntratturi u l-iżviluppaturi, għamlu u qed jagħmlu minn kollox biex sakemm il-bigħa tibqa’ tajba, fejn is-suq isuq, isuqu. B’ċertu mod, ma tagħtihomx tort (!).

    Mill-aħħar kampanja tal-Parlament Ewropew, nibqa’ niftakar żewġ mumenti. Wieħed f’dar fi Triq Viani Tas-Sliema fejn ir-residenti urewni mal-ħitan u t-torġien, konsenturi jinfirxu. Taħthom, wara d-dar, ħofra kbira għadha titħaffer, li se ssir appartamenti u garaġijiet.

    Il-mument l-ieħor f’housing estate Ta’ Xbiex: wieħed mill-appartamenti mixtri mill-gvern se jitwaqqa biex minfloku jitla’ blokk ta’ tlieta jew erba’ sulari ta’ appartamenti. Min jinsab maġenb das-sit, ipprotesta u kollox baqa’ f’wiċċu.

    Hemm wisq interessi vestiti filli l-bini jibqa’jitwaqqa’ biex jerġa’ jitla’ malajr, aktar fil-għoli.

    ***

    TRASPARENZA 

    Ġimagħtejn ilu, ħareġ studju tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) bbażata f’Pariġi dwar kif ġie affettwat il-ħasil interazzjonali ta’ flejjes mill-miżuri li ttieħdu biex jikkontrollawh.

    Skont l-istudju, dawn il-flejjes li imorru jinħbew f’xi ġenna fiskali laħqu livell għoli immens sas-sena 2008. Miżuri mifruxa li ttieħdu minn dak iż-żmien lil hawn saħqu biex tikber u tinfirex it-trasparenza. Il-postijiet fejn il-flejjes imorru jinħbew kellhom jiddikjaraw x’resaq lejhom u x’telaq. Twaqqfet xibka dejjem tinfirex ta’ trattati fejn kulħadd obbliga ruħu li jistqarr xinhu jiġri.

    Dejjem skont l-istudju, bl-isforz tnaqqset sew il-pjaga, talanqas fil-każ ta’ flejjes li jinżammu f’kontijiet bankarji. Baqa’ ħafna minnhom li “jinħaslu” imma wisq anqas minn qabel.

    Inkoraġġanti biżżejjed dar-riżultat biex jikkonvinċi li t-trasparenza hi l-aqwa arma kontra l-ħasil ta’ flus?  Għad irridu naraw.

    ***

    SOĊJALISTI ĠERMANIŻI 

    L-SPD, il-partit soċjal demokratiku Ġermaniż jinsab f’inkwiet kbir. Mar ħażin ħafna fl-elezzjonjiet Ewropej. Il-mexxejja tiegħu irreżinjat minħabba f’hekk. Id-diverġenzi interni dwar x’għandu jagħmel żdiedu, mhux naqsu. Se jibqgħu f’koalizzjoni tal-gvern maċ-ċentru lemin? Se jitilqu għal rashom?

    M’hemm l-ebda konfort filli ċ-ċentru-lemin jinsab quddiem diffikultajiet kbar tiegħu.

    Il-problema hi wkoll waħda Ewropea.

     L-SPD kien il-partit li matul deċennji sħaħa baqa’ jħares l-interessi tal-ħaddiema u impjegati Ġermaniżi. Dawn donnhom m’għadhomx jarawh li qed isegwi din il-linja. Naqqsu kemm naqqsu numerikament bil-modernizzazzjoni ekonomika, xorta għad għandhom vuċi qawwija.

    Jekk ikomplu jħallu lill-SPD, fejn se jmorru? Mal-Ħodor ma jkampawx. Mal-lemin estrem bħal fis-snin 30 tas-seklu l-ieħor?

    Għalhekk ukoll il-problema hi waħda Ewropea.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook