Proġetti ta’ infrastruttura u l-imberkin siġar

  • Aww 02, 2019 10:06
  • Miktub minn Ray Azzopardi

    Bħalma kulħadd jaf bħalissa għaddeja kontroversja dwar il-proġett tas-Ċentral Link bejn Birkirkara u r-Rabat. Proġett li se jiswa miljuni kbar ta’ ewro u li se jkun ta’ benefiċċju għal dawk li juzaw it-toroq tal-inħawi.

    Ma nistax nifhem kif proġett li kien ilu snin twal fuq l-ixkaffa u li saħansitra kien approvat minn gvernijiet ta’ dak iż-żmien, illum qed jitqies ħażin mill-istess nies li approvawh dan għax hemm gvern ieħor. Allura nistaqsi, dak li kien tajjeb dakinhar issa sar ħażin?

    Issa nitkellmu ftit dwar l-istess proġett.

    Proġett li ħafna mill-poplu jaqbel miegħu u li kieku gazzetta hekk imsejħa indipendenti bl-Ingliż ma ħarġitx artiklu żbaljat nemmen li ma kienx ikun hemm nies għall-hekk imsejħa protesta li saret fit-Triq tas-Saqqaja. Imma għandom dritt li jitkellmu u jsemmgħu leħinhom imma tajjeb ukoll li jkunu ċerti dwar dak li kienu se jipprotestaw għalih. Il-ministru stess infurmana li dwar is-siġar mhux veru li se jitneħħew, anzi altru minn hekk ser jiżdiedu b’madwar 150 siġra oħra.

    Hija xi ħaġa loġika li biex tkabbar u twessa’ triq, trid tagħmel aġġustamenti li jkunu meħtieġa bħal binjiet, ħitan u saħansitra anki siġar jekk ikun il-bżonn imma kif spjega l-Ministru din tas-siġar mhux minnu.

    Ħbieb tiegħi li joqogħdu ż-Żurrieq kienu ntalbu biex jiżgumbraw il-proprjetà tagħhom għax se tgħaddi triq minflok ir-residenza tagħhom. F’din iċ-ċirkostanza ħadd ma mar jipprotesta. Ħadd ma mar jintrabat mal-bibien tagħhom sabiex joffrilhom appoġġ. Naf ukoll li hemm min qed jaħdem fuq il-kawża tagħhom imma kemm hija iktar serja li familji sħaħ ikollhom jiċċaqalqu mir-residenza tagħhom  u ħadd ma jitkellem u mbagħad għax siġra se tiċċaqlaq jew saħansitra se tgħaddi triq li jibbenefikaw  minnha s-sewwieqa ħriġna nipprotestaw fit toroq.

    Dan il-proġett huwa ta’ fejda għal kulħadd speċjalment għal min huwa minn dawk l-inħawi imma sfortunatament għax hemm persuni fil-Parlament li għadhom s’issa ma aċċettawx li hemm gvern u ministru li jaf jieħu pożizzjoni u jmexxi ’l quddiem l-affarijiet, insibu l-istess nies fl-Oppożizzjoni bħal simon busuttil li akkosta ta kollox lest li anki jigdeb mal-poplu biex joħloq sensazzjoni.

    Sur Busuttil jekk taf x’inhi diċenza politika għandek tagħraf li żmien il-propaganda rħisa spiċċa, u jekk għad għandek f’moħħok li n-nies tbellgħalhom ir-ross bil labra llum għandek nies li jafu jagħżlu mit-tajjeb għall-ħażin.

    Jalla dan il-proġett isir malajr kemm jista’ jkun ħalli ntaffu ħafna mill-problemi li għandna fit-toroq li ilhom magħna għal ħafna snin u issa li qbadna l-barri minn qrunu naqbdu r-ritmu wkoll biex jitlesta malajr ix-xogħol.

    Fl-aħħar prosit lill-Ministru Ian Borg u lit-tim kollu taħt it-tmexxija tas-Sur Fredrick Azzopardi.

    Grazzi f’isem in-nies kollha li jbatu jekk ma jsirx dan il-proġett.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook