IMMIGRANTI

  • Aww 19, 2019 08:01
  • Miktub minn Alfred Sant

    L-Ewropej jeħtiġilhom iqisu profondament xinhu jwassal lil daqstant nies mill-Afrika li jissograw ħajjithom b’mod radikali biex jitħallew jgħixu f’Ewropa fejn il-maġġoranza tal-popli, x’aktarx, ma tridx tarahom quddiem għajnejha.

    Huma refuġjati.. mill-gwerer, ċivili jew agħar... mill-ġuħ għax fejn jinsabu m’hemmx xogħol... u issa wkoll mill-klima li qed issir forn li jifga.

    In-nuqqas ta’ kunsens dwar kif għandha tintlaqa’ din l-isfida... ir-rikonoxximent kważi minn kulħadd li l-ebda pajjiż Ewropew waħdu ma jista’ jipprovdi soluzzjoni... l-inkwiet tal-immigranti maqbuda fuq id-dgħajjes jew esplojtati fil-postijiet tax-xogħol... u d-dwejjaq tal-popli fl-Ewropa... kollha qed jiffermentaw. L-isplużjoni politika u soċjali li tista’ tirriżulta xejn ma tkun pjaċevoli.

    Imma soluzzjonijiet għall-isfidi li nqalgħu jidhru li għadhom bogħod.

    Hekk turi l-kriżi politika li għaddejja fl-Italja bħalissa. Lil hinn mil-logħba naturali f’demokrazija ta’ kif tissielet biex tirbaħ il-poter, li hemm velenuż fil-kriżi Taljana hu li tista’ sservi biex timmobilizza forzi faxxisti b’ritmu li jinħass aċċettabbli u leġittimu.

    TIFĦIR

      Jien wieħed li lest, mela le, nikkritika xinhu jiġri fit-toroq tagħna, fejn hemm indiġestjoni ta’ xogħlijiet publiċi. U kkritikajt.

    Min-naħa l-oħra, xinhu għaddej fil-Marsa jistħoqqlu kull tifħir. Veru ġieli jkun hemm problemi ta’ traffiku. X’tistenna b’xogħlijiet massiċċi bħal dawk li qed isiru?  Il-fatt hu li kollox qed ikun organizzat b’ħila. 

      Issa jekk humiex Torok jew Maltin li qed iwettqu l-eżerċizzju hu immaterjali. Il-fatt li l-ħidma tinsab miexja b’effiċjenza hu ta’ min jinnotah. Xi ħadd qalli kif waqt li ħaddiema Torok jinsabu fuq ix-xogħlijiet, periti Maltin qed jissorveljaw u jiggwidaw il-proġett. OK.

    Xorta nibqa’ naħseb li x-xogħlijiet publiċi li qed jitmexxew mal-pajjiz kollu messhom ġew skedati aħjar; mhux kollha f’salt, imma bin-nifs.

    FALKUNI

    Mill-ġdid dwar l-immigranti mill-Afrika li jgħaddu mill-Mediterran: ir-rumanz “Difrejn il-Falkun”, ta’ Richard Attard għandu nisġa interessanti. Jinbet mix-xenarju li ta’ spiss jissemma dwar kif terroristi jistgħu jinqdew bil-mewġiet ta’ immigranti rregolari lejn l-Ewropa, fosthom Malta, biex jinfilzaw ruħhom fil-kontinent jew anke fl-Istati Uniti. Jagħtih il-ħajja billi jitlaq minn attentat ta’ qtil fil-Libja fuq il-missier ta’ familja ta’ refuġjati. 

    Għal ħafna mill-ħin int u taqrah, ir-rumanz iżommok – igħaqqad ir-realtà Maltija mat-tensjonijiet imqanqla mit-terroriżmu internazzjonali waqt li jagħti xhieda tas-soċjetà tagħna llum. Ix-xeni ta’ azzjoni, mhux l-anqas tal-immigranti fuq il-baħar, huma miktuba tajjeb għal tajjeb ħafna. Imbagħad issib sorpriżi fl-iżvilupp tal-istorja li maħduma b’galbu.

    Madankollu, uħud mill-aspetti tal-ħidma anti-terroristika kif murija ma jikkonvinċux. Il-kitba kollha kemm hi kienet tibbenefika minn żabra editorjali – xi kultant tinħass imtawla bla bżonn. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook