REĠA' BEDA

  • Set 02, 2019 08:05
  • Miktub minn Alfred Sant

    Wara l-waqfa tas-sajf, dil-ġimgħa l-Parlament Ewropew se jkun reġa’ beda bil-laqgħat tiegħu. L-aktar materja importanti li tinsab qrib hi l-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida. Il-Kummissarji nominati jridu jidhru quddiem il-kumitati parlamentari li jittrattaw is-setturi li se jkunu responsabbli għalihom. 

      Il-kumitati jistgħu juru li dan jew dik il-Kummissarju mhumiex validi u żgur se jseħħ dwellar partiġjan bejn il-gruppi politiċi billi jekk titqajjem diffikoltà għal xi nomina, jiżdiedu ċ-ċansijiet ta’ diffikoltà għal nomina oħra, f’logħba ta’ pattaparipatta.

    Fl-istess żmien, it-taqliba tal-Brexit se tersaq lejn il-final tagħha; talanqas hekk jidher. M’għandix dubju li fil-Parlament Ewropew se jintqal ħafna diskors dwar xi jkun qed jiġri. Imma fir-realtà, bil-maqlub tal-ħatra tal-Kummissarji, il-kelma tal-Parlament dwar il-Brexit ftit li xejn għandha saħħa. Forsi aħjar hekk għax diġà f’dan il-qasam, il-borma politika u ekonomika hi wisq imħawda.

    SOĊJETÀ ĊIVILI

    Ta’ spiss sirna nisimgħu argumenti dwar kif is-soċjetà ċivili għandha tingħata widen meta jkunu qed jiġu deċiżi u diskussi suġġetti ta’ interess nazzjonali. Qam dan l-argument pereżempju fuq il-konsultazzjonijiet għaddejja dwar bidliet fil-kostituzzjoni.

    Jekk b’soċjetà ċivili, wieħed jifhem għaqdiet volontarji ġenwini ta’ ċittadini li għandhom għal qalbhom ċerti pożizzjonijiet komuni fl-oqsma tal-ħajja tal-poplu, allura ma nafx kif tista’ twarrab jew tiċħad dan l-argument. 

    Min-naħa l-oħra, irid ikollna kriterji trasparenti dwar kif is-soċjetà ċivili torganizza u tippreżenta ruħha, u kif għandu jingħata għarfien min se jitkellem f’isimha. 

    Għax hi ħaġa faċli li tnejn jew tliet individwi jingħaqdu biex iwaqqfu websajt, ipoġġulha sigla u jistqarru li qed jitkellmu minn xi perspettiva partikolari. Meta l-istess individwi ma jkunux  qed jinqdew b’aktar minn websajt waħda, kollha b’sigla differenti...

    LADY CHATTERLEY?

    Ħaġa kurjuża kif għal dan il-blogg, hu fuq kummenti li nkun għamilt fejn nissuspetta kif ftit li xejn se jqanqlu interess, li nirċievi l-aktar reazzjonijiet mhux mistennija. Hekk ġara dan l-aħħar dwar kumment fuq ir-rumanz “The Go-Between” ta’ LP Hartley.

    Ikkuntattjani ħabib tiegħi li dejjem kien interessat bil-kbir fil-letteratura Ingliża. Qabadli dwar “The Go-Between”: Possibbli ma ndunajtx? – staqsa – li fil-verità għandu l-istess tema bħal “Lady Chatterley’s Lover” – hu miktub minn angolu differenti veru, u bl-istorja mnaddfa, imma...

    Qajjimli l-kurżita. Dwar ir-rumanz ta’ DH Lawrence u l-fama pornografika li kiseb smajt u qrajt kemm-il darba, imma r-rumanz innifsu bqajt ma qrajtux. Meta nkiteb u għal ħafna deċennji wara baqa’ kontroversjali. Se jkolli nara kemm hu minnu li r-rumanz ta’ Hartley, miktub nofs seklu wara dak ta’ Lawrence, jirrifletti l-istess tema. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0