Baġit

  • Ott 17, 2019 08:36
  • Miktub minn Alfred Sant

    Diffiċli tikkritika l-budget li l-ministru Scicluna ħabbar nhar it-Tnejn. Ma nistax insib nota żgarrata fih, anke jekk – bħal kulħadd – ċerti emfażi nqis li setgħu saru mod ieħor.

    Imma dik hi l-ħajja. Oġġettivament, il-preferenzi tiegħi u tiegħek dwar stil m’għandhom xejn aħjar minn tal-ministru.

    Fuq kollox, li kellu tajjeb il-budget kien is-sens ta’ bilanċ: bejn il-ħtieġa li jżomm fil-linja tar-regoli taż-żona tal-ewro, u dik li jsostni t-tkabbir ekonomiku; u bejn l-għażliet soċjali, li anke jekk tgħid setgħu saru mod ieħor, xorta huma progressivi bil-kbir.

    Dnub forsi li das-sens ta’ bilanċ jintilef fit-tul tad-diskors tal-budget. Twil wisq. Neħtieġu riforma fil-preżentazzjoni tiegħu li biha din ma teħux aktar minn nofs siegħa.

    ***

    GOULARD

    Sylvie Goulard bħala deputat Ewropea kienet ta’ kalibru. Jien wieħed minn dawk li ma kontx naqbel magħha imma fil-perspettiva pro-Ewropa federalista u fil-ħila professjonali u politika li kellha biex tmexxi fehmietha ’l quddiem, kienet tajba ħafna.

    Assumejt li n-nomina tagħha għall-Kummissjoni Ewropea ta’ von der Leyen ma kellhiex tqajjem problemi. Minn barra l-kompetenza tagħha, kien hemm il-fatt ukoll li bħala eks-deputata Ewropea, kien se jkollha – ħsibt jien – marġini ta’ indulġenza mill-eks sħabha. Mort għal kollox żmerċ.

    Żewġ raġunijiet ewlenin jaħtu għall-mod kif ġiet rifjutata. L-ewwel: Jekk quddiem l-akkużi li sarulha dwar kif mexxiet il-fondi tagħha bħala deputata Ewropea – akkużi li għadhom mhux iċċarati – irreżinjat f’anqas minn xahar minn ministru tad-difiża Franċiża, kif issa qed tkun proposta biex issir Kummissarju?

    U t-tieni: Il-President Franċiż Macron, li hi sostniet mill-bidu, ħoloq ħafna għedewwa, li mhux kollha se joħorġu fil-beraħ.

    ***

    VALUR TAL-ĦAJJA

    Fil-kontroversja bejn dawk li ma jaqblux mal-abort u dawk li jqisuh aċċettabbli, iż-żewġ naħat jinsistu li qed jiddefendu l-aqwa drittijiet tal-bniedem. Tal-ewwel għax, kif jgħidu, isostnu l-ħarsien tal-ħajja umana f’kull ċirkostanza u akkost ta’ kollox. Tat-tieni għax – jgħidu huma – ipoġġu fuq quddiem nett, id-dritt ta’ kull mara (kull bniedem) li tagħżel x’se “tagħmel” b’ġisimha.

    Iż-żewġ valuri jistgħu jitpoġġew ’il quddiem bla referenza għal xi direttiva reliġjuża, għalkemm ħafna idaħħlu wkoll twemminhom fil-biċċa. Fil-fatt it-tnejn huma kompatibbli ma’ perspettivi reliġjużi, u dan anke storikament, fit-tradizzjoni ġudeo-nisranija.

    Il-valuri li jissemmew mhumiex assoluti. Pereżempju hemm il-valur tar-rispett lejn il-ħajja, li ssib min jemmen fih bil-kbir. Biss, waqt li jkun kontra l-abort, issibu wkoll favur il-piena tal-mewt.

    U ssib fost dawk li jaqblu mad-dritt tal-persuna li tiġġudika hi dwar xi jsir b’ġisimha, min ma jaqbilx mal-ewtanasja – meta bniedem jiddeċiedi li għandu jtemm ħajtu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0