Sena ilu tlifna lil Ċensu Moran

  • Nov 20, 2019 16:08
  • Miktub minn

    Eżattament bħal-lum sena, it-Tlieta 20 ta’ Novembru, 2018, kienet tħabbret il-mewt tat-Tabib Ċensu Moran, ġgant u ġentlom fix-xena politika Maltija fi ħdan il-Partit Laburista. Kien magħruf mal-pajjiż kollu imma ċertament li għan-nies ta’ Raħal Ġdid u l-villaġġi tal-madwar kien aktar minn politiku. Kien it-tabib tal-familja tista’ tgħid tal-maġġoranza kbira tal-familji f’Raħal ġdid u ‘l madwar.

    Ċensu Moran issieħeb fil-Partit Laburista fl-1948 u kkontesta l-ewwel Elezzjoni Ġenerali b’suċċess fl-1962, fi żminijiet imqalba ħafna u dominati mill-kwistjoni politika-reliġjuża. Sussegwentement kkontesta b’suċċess sitt Elezzjonijiet Ġenerali oħra, dawk tas-snin 1966, 1971, 1976, 1981, 1987 u 1992. Minn dawn l-Elezzjonijiet Ġenerali l-Partit Laburista kien rebaħ tlieta, dawk tas-snin 1971, 1976 u 1981 u fis-snin ta’ bejn l-1976 u l-1987 serva bħala Ministru għas-Saħħa.

    Kif kien iddeskrivih il-Prim Ministru Joseph Muscat dakinhar li tħabbret il-mewt tiegħu, Ċensu Moran huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-fundaturi tas-sistema tas-saħħa nazzjonali, sinonimu mal-kunċett u mal-ftuħ ta’ dawk  li dak iż-żmien kienu jissejħu Polikliniċi, illum Ċentri tas-Saħħa. 

    Kien strumentali biex saru riformi kbar fil-qasam tas-saħħa u li mhux dejjem sab l-appoġġ għalihom min-naħa tal-professjoni medika kif jixhed il-perjodu lejn l-aħħar tas-Snin Sebgħin bl-istrajk tat-tobba mifrux fuq medda sostanzjali ta’ snin. Minkejja dan, xorta kien irnexxielu biex jintroduċi fil-pajjiż miżuri tas-saħħa kbar u ta’ fejda għall-poplu.

    Ċensu Moran jibqa’ wkoll sinonimu mal-mod integru kif kien jimxi maċ-ċittadini, mhux biss mal-kostitwenti tiegħu, tul il-ħajja politika tiegħu u ‘l hinn minnha. Il-bieb tiegħu baqa’ miftuħ għall-poplu sa mewtu. 

    Personalment inħossni sodisfatt għat-tagħlim li ħadt mingħandu, f’kull qasam tal-ħajja, u apparti s-sodisfazzjon inħoss li kien dmir tiegħi li lil Ċensu Moran inkomplu nnaqqxulu ismu f’monument ieħor fejn jirrigwarda s-saħħa pubblika, billi se nkunu qegħdin niddedikaw lilu l-Hub Reġjonali tas-Saħħa li qegħdin nibnu f’Raħal Ġdid. Konvintissimu li ma’ din id-deċiżjoni qabel u se jkun qed jaqbel kulħadd, inkluż min ma kienx tal-istess twemmin politiku ta’ Ċensu Moran.

    J’Alla Ċensu Moran jibqa’ jservi ta’ ispirazzjoni għal kull min jidħol fil-ħajja politika. Illum, fl-ewwel anniversarju minn mewtu, nieħu din l-opportunità biex għal darb’oħra personalment u f’isem il-poplu Malti u Għawdxi ngħid grazzi mill-qalb lil Ċensu Moran għal dak kollu li għamel b’risq il-pajjiż b’mod partikolari fejn jirrigwarda s-saħħa pubblika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0