Saħħitna: Ħames fatti jew għajdut?

  • Fra 02, 2020 09:41
  • Miktub minn Dr Georgiana Farrugia Bonnici

    Illum nixtieq naqsam magħkom ħames fatti dwar saħħitna, li wħud minnhom huma vera, però oħrajn jitqiesu aktar bħala għajdut… iżda li xorta għad nisimgħu ċerti nies jaħsbu li huma vera. 

    L-obeżità: “Jekk il-persuna obeża, tista’ twaħħal fil-ġenetika!”

    Minħabba li l-obeżità żdiedet b’rata mgħaġġla f’dawn l-aħħar dekadi, ċerti riċerkaturi barranin għamlu diversi studji dwar ir-relazzjoni tal-obeżità ma’ fatturi ġenetici. Però, mill-1980 sal-2014, ir-rati tal-obeżità fl-Ewropa kwadripplaw, allura, dawn ir-riċerkaturi sostnew li dan seħħ b’rata wisq mgħaġġla biex fatturi ġenetiċi jkunu involuti, biex wieħed jiħxien iżżejjed. Għalhekk, huwa importanti li wieħed jagħmel eżerċizzju fiżiku regolari, filwaqt li jiekol ikel bnin bil-qies.

    It-telf tal-piż: “It-tnaqqir huwa dejjem idea ħażina”

    Fil-verità, wieħed m’għandux għalfejn isum biex jitlef il-piż. Infatti, li wieħed jieħu diversi ‘snacks’ bnini, u spissi fil-ġurnata, jgħin biex tiżdied ir-rata tal-metaboliżmu tal-ġisem, u b’hekk wieħed jkun jista’ jaħraq aktar kaloriji. Dan l-għaġir jaf jgħin ukoll biex wieħed ikollu inqas ġuħ sa ma jasal il-ħin tal-pranzu, u naturalment, wieħed jispiċċa jiekol inqas. Infatti, ħafna esperti tad-dieta u nutrizzjoni, jirrakkomandaw li wieħed jiekol ftit u spiss, minflok ċena waħda kbira. Dan jista’ jwassal għal telf ta’ piz. 

    It-tipjip: “Jekk ilek tpejjep għal ħafna snin, ma tistax tnaqqas ir-riskju ta’ mard kardjovaskulari, anke jekk tiddeċiedi li tieqaf!”

    Huwa fatt magħruf li r-rata tal-qalb, tiġi għan-normal sa kwarta biss wara li wieħed ikun pejjep l-aħħar sigarett. Filwaqt li sena biss wara li wieħed jieqaf ipejjep, ir-riskju li jaqbdu attakk tal-qalb, jonqos bin-nofs. Madanakollu, huwa meta jkunu għaddew għaxar snin mill-waqfien tat-tipjip li wieħed inaqqas totalment ir-riskju ta’ mard kardjovaskulari… jiġifieri, qisu qatt ma kien pejjep f’ħajtu. Qatt mhu tard biex tieqaf tpejjep!

    Id-dimensja: “Din il-kundizzjoni tista’ taqbad lill-anzjani biss!”

    Filwaqt li l-età hija fattur importanti li żżid ir-riskju li wieħed taqbdu dimensja, ċerti nies jibdew juru sintomi ta’ dimensja minn ħafna snin qabel ma jixjieħu, bħal ngħidu aħna, meta jkunu għad għandhom biss bejn 40-50 sena. Huwa dejjem importanti li wieħed jirrikorri għall-għajnuna għand it-tabib tiegħu, jekk hu jew qraba, jkunu qed jinnotaw sintomi ta’ dimensja bħal li wieħed jinsa, ipoġġi affarijiet mhux f’posthom, jew jintilef spiss. Jekk id-dimensja tiġi trattata fi stadju bikri, dan iwassal biex wieħed jiggrava inqas aktar ’il quddiem fil-ħajja. 

    L-istress: “Dejjem huwa assoċjat ma’ negatività!”

    Filwaqt li l-istress żejjed fil-ħajja ta’ kuljum, jista’ jwassal għall-ansjetà, għejja jew anke dipressjoni, li wieħed isib bilanċ fl-ammont ta’ stress hekk imsejjaħ pożittiv, li għandu f’ħajtu, jgħin wkoll biex wieħed ikun produttiv. Huwa fatt magħruf, li bis-saħħa ta’ daqsxejn stress f’ħajjitna, aħna nkunu nistgħu nibqgħu għaddejjin 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0