Fejn qegħdin l-udjenzi'

  • Nov 12, 2012 08:45
  • Miktub minn

    Waqt L-Argument ta’ ftit jiem ilu wħud mill-ogħla diriġenti tal-klabbs fil-futbol lokali lmentaw min nuqqas ta’ ħeġġa li juru n-nies biex imorru fl-istadiums isegwu l-logħob tal-futbol u dan fl-isfond ta’ attendenzi kbar li sport ieħor bħar-rugby u it-tiġrijiet ta’ żwiemel għadhom jġibu f’pajjiżna. Dan tani spunt għal dawn il-ftit paragrafi.

    Is-sitwazzjoni hi waħda ċara, filwaqt li fil-futbol l-attendnezi jkunu fqar b’medja ta’ madwar 900 ruħ fi programm ta’ klabbs u ftit iktar minn elf meta jilgħab in-nazzjonal, fil-korsa ta’ żwiemel fil-Marsa dejjem ikun hemm madwar 1,200 ruħ u f’meetings importanti din taqbeż l-2,000 ruħ. F'rugby l-attendenzi jimlew l-istadium ta’ Hibernians kull darba li jilgħab it-tim nazzjonali. Huma diversi l-fatturi li jistgħu jwasslu għal dan.

    Ejjew nieħdu t-tiġrijiet ta’ żwiemel fil-Marsa. Hawn Malta d-dilettanti huma ħafna u huwa wieħed mill-isport tradizzjonali li dejjem saħħaħ il-popolarità tiegħu matul iż-żmien. Bla dubju fattur li jgħin fil-Marsa huwa li ħafna minn dawk id-dilettanti u sidien jiġu mill-madwar u dan għalhekk jiġbed aktar nies lejn post ċentrali. Żgur li fattur importanti huwa li l-korsa taż-żwiemel fil-Marsa l-logħob tal-imħatri huwa legalizzat u wieħed jista' jilgħab fil-post. Dan qed jiġbed nies li mhux neċessarjament iħobbu l-isport ta’ żwiemel iżda jmorru hemm jilagħbu mħatri fuq żwiemel flok marru t-tombla ta’ nhar ta’ Ħadd. Minn informazzjonali li għandi jidher li issa anke kumpaniji barranin huma interessati li jkollhom online betting f’Malta u issa rridu naraw x’se jiġri meta dan isir u jekk dan humiex se jżiedu l-interess ta’ nies imorru l-Marsa jew inaqqas għax min iħobb jilgħab ikun jista' jagħmel dan komdu minn daru.

    Ir-rugby hi storja partikolari ħafna. Dan huwa sport li f’Malta kabbar ħafna l-popolarità minħabba s-suċċess ta’ tim nazzjonali li sena wara sena dejjem ġab riżultati tajba u avvanza fil-lista ta’ ranking mondjali. Stramb il-fatt però li l-kampjonat Malti ma’ tantx huwa popolari anke għax fejn jintlagħab il-logħob tal-kampjonat ma tantx iħeġġek biex tmur tarah.

    Dan wara li l-wegħdi li ilhom ikollhom biex ikun hemm stadium ta’ rugby baqgħu biss wegħdi. Min-naha l-oħra l-istadium ta’ Hibernians huwa wieħed ideali għal-logħba ta’ rugby. Stand viċin il-logħob li dejjem ikun mimli u ankè it-togħma ta’ rebħa hija frekwenti. Il-mod ta’ kif din il-logħba tkun proġettata fil-media ukoll hija katalista biex iktar u iktar nies jersqu jaraw il-logħba. Mhux hekk biss iżda ankè l-kontorn madwar il-logħba, li jinkludi set up u spettaklu jiġbed il-massa anke jekk mhux neċessarjament ikunu jħobbu l-logħba.

    Kontra dan kollu hemm sitwazzjoni tal-futbol li bħal vantaġġ favur tagħha hemm tliet porgrammi ta’ televiżjoni kull nhar ta’ Ħadd bħala promozzjoni u perċentwal għoli ħafna ta’ paġni tal-ġurnali li jitkellmu biss fuq il-futbol lokali. Kontra però hemm ħafna.

    Żgur li l-livell ta’ kompetizjzoni mhux qed jgħin xejn. Ħafna logħob mhux qed jilħaq livell mixtieq u anke l-fatt li l-Kampjonat Premier kien estiż għal tnax il-tim biex jitpaxxew klabbs żgħar mhux qed jilħaq l-għan mixtieq. Anke r-riżultati internazzjonali mhux qed iservu ta’ ġid. Infatti fl-aħħar disa' logħbiet uffiċjali ta’ tim nazzjonali, Malta sofriet tmien telfiet u ġiet draw darba biss. Skurjat biss erba' darbiet u soffriet 18-il gowl. Fuq livell ta’ klabbs ftit li xejn qegħdin aħjar u kienu biss Valletta li kkwalifika għal darbetn infila mill-ewwel rawnd preliminari tal-UEFA Champions League u jkunu elminati f'rawnd preliminari ta wara. Dan kollu jaqta' qalb ħafna biex jersqu lejn il-futbol bil-kompetizzjoni tkun ir-remote control u l-ammonti ta’ partiti li jkun hemm fil-weekend minn Kampjonat diversi u jżommu ħafna dillettanti imwaħħlin ma televiżjoni.

    Soluzzjoni għal dan kollu ftit li xejn qed nara fil-futbol qarib. Li żgur li jrid issir huwa li hemm bżonn ta’ rikostruzzjoni ta’ dawn l-isport. Ħafna huma l-mistoqsijiet għal diskusjoni magħkom. Taqblu li fil-Premier Malti kien hemm il-ħtieġa ta’ 12-il tim? Taqbel li f’Malta hemm xejn inqas minn 50 tim affiljat mal-Malta Football Association u jilgħab fl-erba' diviżjonijiet tagħha? Taqbel li f’Malta għandha tinehha ir-ristrezzjoni fuq players barranin li bla dubju ta’ xejn isebbhu il-loghba? Taqbel li f’Malta il-kampjonat għandu jitqasmulu l-punti? Jekk wieħed janalizza dawn il-mistoqsijiet ikun jista' jibda jaħdem fuq soluzzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Nov 26, 2012

    il-vera bniedem mil-bajda antipatku ruħi! Kemm ma nifilħux

    Irrispondi