L-Afrika setgħet kienet l-aktar kontinent rikk tad-dinja. Ir-riżorsi minerali, il-varjeta ta’ fawna u flora, il-meded għammiela kellhom iservu bħala pedament li fuqu jinbnew l-aqwa ħidmiet tal-bniedem anki jekk f’għadd ta’ territorji l-klima hi ħarxa ħafna. Wara kollox kien fl-Afrika li l-ewwel bnedmin “moderni” ssawru. Minn hemm li ħarġu biex jinfirxu mad-dinja wara li rebħu lill-kważi-bnedmin li kienu laħqu qabilhom.
Imma minflok l-Afrika ħadet l-aqwa post fost il-kontinenti tidhrilna bħala l-aktar mgħakksa u mħarbta. Il-faqar, il-vjolenza, l-esplojtazzjoni, l-injoranza, il-mard jinsabu mxerrda mal-irkejjen kollha.
Sal-lum, għadha ħaġa diffiċli tifhem għaliex kellu jkun hekk. Veru li l-effetti tal-mewġiet imperjali li ħakmu l-Afrika matul is-sekli minn żmien Ruma u anki qabel, għadhom jinħassu. Imma żoni oħra tad-dinja wkoll għandhom l-imgħoddi kolonizzat tagħhom. Irnexxielhom “isibu saqajhom”.
Hekk kif aktar u aktar refuġjati jaħarbu mill-Afrika lejn Ewropa fi kriżi ekonomika, aktar li riflessjoni dwar dak li qed iżomm lill-Afrika “lura” ssir waħda kruċjali.
EWRO
Wara li l-kriżi ta’ Ċipru ma baqgħetx fuq il-quddiem tal-aħbarijiet, il-problemi taż-żona ewro reġgħu ħabtu jintesew. Mexxejja ewlenin taż-żona, bħall-President Franċiż Hollande, ħarġu jistqarru li l-agħar għadda.
Forsi veru. U forsi le.
Madankollu, beda joħroġ ċar li anki dawk il-pajjiżi fi kriżi li segwew il-miżuri kollha ta’ awsterita imposti fuqhom, għadhom ma stejqrux. L-ekonomiji tagħhom għadhom imbenġla u mhumiex jirpiljaw. Fl-Irlanda, qed jintqal kważi fil-miftuħ li x’aktarx se jkun meħtieġ “bail-out” ġdid. L-istess fil-Portugall, fejn skattat kriżi politika ġdida. Fil-Greċja u f’Ċipru fejn id-duwa tal-awsterita baqgħet tqanqal diffikultajiet politiċi kbar, żdiedu l-inċertezzi dwar kemm il-miżuri maqbula jistgħu jitħaddmu fir-realta.
Sadattant, għadhom jitqanqlu dubji dwar l-andament ekonomiku reali fi Franza, Spanja u l-Italja.
AKTAR DWAR SPJUNAĠĠ
Ir-rabja dwar l-ispjunaġġ tal-Amerikani fuq l-“alleati” tagħhom ma ntfietx. Imma dwaru malajr daħal sens ta’ “realiżmu”. L-aktar meta nstab li pajjiż bħal Franza organizza l-istess tip ta’ spjunaġġ bħall-Istati Uniti. Ħarġet ċara wkoll li pajjiżi bħar-Renju Unit u l-Kanada, mitqiesa bħala l-aqwa ħbieb tal-Amerikani, kienu qed jagħtu kull appoġġ lill-Amerikani biex jispjunaw fuq ħaddieħor.
In-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti xorta waħda nfetħu; fil-bidu kien hemm ħsieb li messhom jitwaddbu lura.
L-aktar pajjiż mibrux spiċċa l-Ġermanja. Il-mexxejja tiegħu dejjem għamlu minn kollox biex jingħoġbu mill-Istati Uniti. Issa kellhom jintebħu doppjament li mhux fdati. Lir-Renju Unit, l-Amerikani jdaħħluhom magħhom fil-barumbari, lilhom iżommuhom barra. U sabu li kien qed isir spjunaġġ estensiv fuqhom stess.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.
anonimu
Lul 11, 2013Dr Sant jien nahseb li regghu qed jaghmluha ... Li jinvadu l- Ewropa u bdew minn Malta
Irrispondianonimu
Lul 11, 2013Dr Sant, veru fill qosor, imam informative ghal lahar. Grazzi
Irrispondianonimu
Lul 11, 2013anonimu
Lul 12, 2013Dr. Sant, Rigward AFRIKA! AFRIKA! naqbel miegħek. Ma jistax ikun li problema tissolva jekk wieħed ma jfittixx l-għeruq fondi u jikkura mill-qiegħ. Imma l-interessi tal-kbar imorru 'l hinn minn diskorsi ta' solidareta', umanita
Irrispondianonimu
Lul 12, 2013L-Afrika ghad ghan
Irrispondianonimu
Lul 12, 2013Dr Sant, jekk nagħżel li nivvota lilek fl-elezzjoni li ġejja tal MEPs, x'inhi l-pozizzjoni tiegħek dwar il-pushbacks? Ghax jien aktar tinteressani din il-kwistjoni milli ezempju xi scholarship!
Irrispondianonimu
Aww 04, 2013Re. Africa article. I agree- Malta nee
Irrispondi